|
+Artikolu 81 13. |
Artikolu 81 13.Meta l-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rieżami tagħha msemmi taħt il-paragrafu 12 ikunu twettqu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti rapport dwar l-adegwatezza li jispeċifika l-pariri mogħtija u kif dawk il-pariri jissodisfaw il-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħra tal-klijenti. Dak ir-rapport għandu jsir u jiġi kkomunikat lill-klijenti f’format elettroniku. Dak ir-rapport għandu, bħala minimu:
(a)
jinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u
(b)
jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-pariri mogħtija. Ir-rapport dwar l-adegwatezza msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jagħmilha ċara li l-pariri huma bbażati fuq l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent b’rabta ma’ investimenti fil-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment, it-tolleranza tar-riskju, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-kapaċità li jġarrab it-telf tal-klijent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|