+Artikolu 81 Il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi u l-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 3.
---+Artikolu 81 4.
---+Artikolu 81 5.
---+Artikolu 81 6.
---+Artikolu 81 7.
---+Artikolu 81 8.
---+Artikolu 81 9.
---+Artikolu 81 10.
---+Artikolu 81 11.
---+Artikolu 81 12.
---+Artikolu 81 13.
---+Artikolu 81 14.
---+Artikolu 81 15.
|
Artikolu 81 Il-forniment ta’ pariri dwar il-kriptoassi u l-forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jivvalutaw jekk is-servizzi tal-kriptoassi jew il-kriptoassi humiex adegwati għall-klijenti jew għall-klijenti prospettivi tagħhom, filwaqt li jqisu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom b’rabta ma’ investimenti fil-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment tagħhom, inklużi t-tolleranza tar-riskju, u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom inkluża l-kapaċità tagħhom li jġarrbu t-telf.
|
|
Artikolu 81 2.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom, fi żmien raġonevoli qabel ma jfornu pariri dwar il-kriptoassi, jinformaw lill-klijenti prospettivi dwar jekk il-pariri humiex:
(a)
ipprovduti fuq bażi indipendenti;
(b)
ibbażati fuq analiżi wiesgħa jew fuq waħda aktar ristretta ta’ kriptoassi differenti, inkluż jekk il-pariri humiex limitati għal kriptoassi maħruġa jew offruti minn entitajiet b’rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew kwalunkwe relazzjoni legali jew ekonomika oħra, bħal relazzjonijiet kuntrattwali, li jirriskjaw li jfixklu l-indipendenza tal-pariri pprovduti.
|
|
Artikolu 81 3.
|
Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornipariri dwar il-kriptoassi jinforma lill-klijent prospettiv li l-pariri qed jiġu pprovduti fuq bażi indipendenti, huwa:
(a)
għandu jivvaluta firxa suffiċjenti ta’ kriptoassi disponibbli fis-suq li trid tkun varjata biżżejjed biex tiżgura li l-objettivi ta’ investiment tal-klijent ikunu jistgħu jintlaħqu b’mod xieraq u li ma jridux ikunu limitati għal kriptoassi maħruġa jew ipprovduti minn:
(i)
dak l-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi;
(ii)
entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib ma’ dak l-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi; jew
(iii)
entitajiet oħra li magħhom dak l-istess fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandu rabtiet legali jew ekonomiċi tant mill-qrib, bħal relazzjonijiet kuntrattwali, li jista’ jinħoloq riskju li tiġi mfixkla l-bażi indipendenti tal-pariri pprovduti;
(b)
ma għandux jaċċetta u jżomm tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju mħallsa jew ipprovduti minn kwalunkwe parti terza jew persuna li taġixxi f’isem parti terza b’rabta mal-forniment tas-servizz lill-klijenti.
Minkejja il-punt (b), tal-ewwel subparagrafu, benefiċċji mhux monetarji minuri li kapaċi jtejbu l-kwalità tas-servizzi tal-kriptoassi pprovduti lil klijent u li jkunu ta’ skala u natura tali li ma jfixklux il-konformità mal-obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi fl-aħjar interessi tal-klijent tiegħu għandhom ikunu permessi f’każijiet fejn jiġu żvelati b’mod ċar lill-klijent.
|
|
Artikolu 81 4.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti prospettivi informazzjoni dwar l-ispejjeżu l-imposti kollha relatati, inkluż il-kost tal-pariri, meta applikabbli, kif ukoll il-kost tal-kriptoassi rakkomandati jew kummerċjalizzati lill-klijent u kif il-klijent jista’ jħallas għall-kriptoassi, bl-inklużjoni wkoll ta’ kwalunkwe pagament lil partijiet terzi.
|
|
Artikolu 81 5.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi ma għandhomx jaċċettaw jew iżommu tariffi, kummissjonijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju mħallas jew ipprovdut minn emittent, offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew minn kwalunkwe parti terza, jew persuna li taġixxi f’isem parti terza, b’rabta mal-forniment ta’ immaniġġjar ta’ portfolli tal-kriptoassi lill-klijenti tagħhom.
|
|
Artikolu 81 6.
|
Meta fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jinforma lil klijent prospettiv li l-pariri tiegħu huwa pprovdut fuq bażi mhux indipendenti, dak il-fornitur jista’ jirċievi inċentivi soġġetti għall-kundizzjonijiet li l-pagament jew il-benefiċċju:
(a)
ikun maħsub biex itejjeb il-kwalità tas-servizz rilevanti lill-klijent; u
(b)
ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tiegħu.
L-eżistenza, in-natura u l-ammont tal-pagament jew tal-benefiċċju msemmi fil-paragrafu 4, jew, meta l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu tal-kalkolu ta’ dak l-ammont, għandu jiġu żvelat b’mod ċar lill-klijent, u b’mod li jkun komprensiv, preċiż u li jkun jinftiehem, qabel ma jiġi pprovdut is-servizz tal-kriptoassi rilevanti.
|
|
Artikolu 81 7.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu qed jagħtu pariri jew informazzjoni dwar il-kriptoassi, jew servizz tal-kriptoassi, f’isimhom, ikollhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.
|
|
Artikolu 81 8.
|
Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jiksbu mingħand il-klijenti jew il-klijenti prospettivi tagħhom l-informazzjoni meħtieġa rigward l-għarfien, u l-esperjenza, tagħhom dwar l-investiment b’rabta mal-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment tagħhom, inkluża t-tolleranza tar-riskju, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom inkluża l-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf, u l-fehim bażiku tagħhom tar-riskji involuti fix-xiri tal-kriptoassi, sabiex il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jkunu jistgħu jirrakkomandaw lill-klijenti jew lil klijenti prospettivi dwar jekk il-kriptoassi humiex adegwati għalihom u, b’mod partikolari, humiex f’konformità mat-tolleranza tagħhom tar-riskju u l-kapaċità tagħhom li jġarrbu telf.
|
|
Artikolu 81 9.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom iwissu lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi li:
(a)
il-valur tal-kriptoassi jista’ ivarja;
(b)
il-kriptoassi jistgħu ikunu soġġetti għal telf totali jew parzjali;
(c)
il-kriptoassi jistgħu ma jkunux likwidi;
(d)
meta applikabbli, li l-kriptoassi mhumiex koperti mill-iskemi ta’ kumpens għall-investituri skont id-Direttiva 97/9/KE;
(e)
il-kriptoassi mhumiex koperti mill-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE.
|
|
Artikolu 81 10.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jistabbilixxu, iżommu u jimplimentaw politiki u proċeduri biex ikunu jistgħu jiġbru u jivvalutaw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal kull klijent. Għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti jew il-klijenti prospettivi tagħhom tkun affidabbli.
|
|
Artikolu 81 11.
|
Meta l-klijenti ma jipprovdux l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 8, jew meta fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi jikkunsidraw li s-servizzi tal-kriptoassi jew il-kriptoassi mhumiex adattati għall-klijenti tagħhom, huma ma għandhomx jirrakkomandaw tali servizzi tal-kriptoassi jew kriptoassi, u lanqas ma jagħtu bidu għal forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli ta’ tali kriptoassi.
|
|
Artikolu 81 12.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi jew li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jirrieżaminaw regolarment għal kull klijent il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 tal-anqas kull sentejn wara l-valutazzjoni inizjali li tkun saret f’konformità ma’ dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 81 13.
|
Meta l-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rieżami tagħha msemmi taħt il-paragrafu 12 ikunu twettqu, il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu pariri dwar il-kriptoassi għandhom jipprovdu lill-klijenti rapport dwar l-adegwatezza li jispeċifika l-pariri mogħtija u kif dawk il-pariri jissodisfaw il-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħra tal-klijenti. Dak ir-rapport għandu jsir u jiġi kkomunikat lill-klijenti f’format elettroniku. Dak ir-rapport għandu, bħala minimu:
(a)
jinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u
(b)
jipprovdi deskrizzjoni qasira tal-pariri mogħtija.
Ir-rapport dwar l-adegwatezza msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jagħmilha ċara li l-pariri huma bbażati fuq l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent b’rabta ma’ investimenti fil-kriptoassi, l-objettivi tal-investiment, it-tolleranza tar-riskju, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-kapaċità li jġarrab it-telf tal-klijent.
|
|
Artikolu 81 14.
|
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfornu mmaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet perjodiċi lill-klijenti tagħhom, f’format elettroniku, tal-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli mwettqa f’isimhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet perjodiċi għandu jkun fihom rieżami ġust u bilanċjat tal-attivitajiet imwettqa u tal-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu tar-rapportar, dikjarazzjoni aġġornata ta’ kif l-attivitajiet imwettqa jissodisfaw il-preferenzi, l-objettivi u karatteristiċi oħra tal-klijent, kif ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rieżami tagħha taħt il-paragrafu 12. Id-dikjarazzjoni perjodika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi pprovduta kull tliet xhur, ħlief f’każijiet meta klijent ikollu aċċess għal sistema online fejn ikun possibbli l-aċċess għall-valutazzjonijiet aġġornati tal-portafoll tal-klijent u għall-informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza msemmija fil-paragrafu 1, u l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jkollu evidenza li l-klijent kien aċċessa valutazzjoni tal-anqas darba matul it-trimestru rilevanti. Tali sistema online għandha titqies bħala format elettroniku.
|
|
Artikolu 81 15.
|
L-ESMA għandha, sat-30 ta’ Diċembru 2024, toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jispeċifikaw:
▼C2
(a)
il-kriterji għall-valutazzjoni tal-għarfien u tal-kompetenza f’konformità mal-paragrafu 7;
▼B
(b)
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8; u
(c)
il-format tad-dikjarazzjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 14.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|