+Artikolu 83 Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
---+Artikolu 83 4.
---+Artikolu 83 5.
---+Artikolu 83 6.
---+Artikolu 83 7.
---+Artikolu 83 8.
---+Artikolu 83 9.

Artikolu 83 Valutazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet proposti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 83 1.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien li jkunu ħadu deċiżjoni li jew jakkwistaw, direttament jew indirettament (“l-akkwirent propost”) parteċipazzjoni kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jew li jżidu, direttament jew indirettament, tali parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż 20 %, 30 % jew 50 % jew sabiex dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jsir is-sussidjarju tagħhom, għandhom jinnotifikaw bil-miktub lill-awtorità kompetenti ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi dwar din id-deċiżjoni, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 84(4).
Artikolu 83 2.
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikanti f’fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi għandha, qabel ma tiddisponi minn dik il-parteċipazzjoni, tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-miktub dwar id-deċiżjoni tagħha u tindika d-daqs ta’ tali parteċipazzjoni. Dik il-persuna għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti meta tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas parteċipazzjoni kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt 10 %, 20 %, 30 % jew 50 % jew sabiex il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jibqax is-sussidjarju ta’ dik il-persuna.
Artikolu 83 3.
L-awtorita’ kompetenti għandha, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievu notifika skont il-paragrafu 1, tikkonferma bil-miktub li tkun rċevietha.
Artikolu 83 4.
L-awtorita’ kompetenti għandha tivvaluta l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni li jirrikjedu l-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 84(4) fi żmien 60 jum tax-xogħol mid-data meta tkun ikkonfermat bil-miktub li rċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta tikkonferma li rċeviet in-notifika, l-awtorita’ kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost bid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
Artikolu 83 5.
Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorita’ kompetenti tista’ tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja u għandha tikkunsidra kif xieraq il-fehmiet tagħhom.
Artikolu 83 6.
Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorita’ kompetenti tista’ titlob lill-akkwirent propost kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa sabiex titlesta dik il-valutazzjoni. Tali talba għandha ssir qabel ma tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-50 jum tax-xogħol mid-data meta tkun ikkonfermaw bil-miktub li rċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 3. Tali talbiet għandhom isiru bil-miktub u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

L-awtorita’ kompetenti għandha tissospendi l-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, sa ma tkunu rċeviet l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Is-sospensjoni ma għandhiex taqbeż 20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtorita’ kompetenti għal informazzjoni addizzjonali jew għal kjarifika tal-informazzjoni riċevuta ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni addizzjonali tal-perjodu ta’ valutazzjoni.

L-awtorita’ kompetenti tista’ testendi s-sospensjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sa 30 jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun jinsab barra mill-Unjoni jew irregolat bil-liġi ta’ pajjiż terz.

Artikolu 83 7.
L-awtorita’ kompetenti li, mat-tlestija tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tiddeċiedi li topponi l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, għandha tinnotifika lill-akkwirent propost dwar dan fi żmien jumejn tax-xogħol u fi kwalunkwe każ qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4 estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 6, it-tieni u t-tielet subparagrafu. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għal tali deċiżjoni.
Artikolu 83 8.
Meta l-awtorita’ kompetenti ma topponix l-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1 qabel id-data msemmija fil-paragrafu 4 estiża, meta applikabbli, f’konformità mal-paragrafu 6, it-tieni u t-tielet subparagrafu, l-akkwiżizzjoni proposta għandha titqies approvata.
Artikolu 83 9.
L-awtorita’ kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta msemmija fil-paragrafu 1, u testendi dak il-perjodu massimu meta xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.