+Artikolu 88 L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 88 4.

Artikolu 88 L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar għandhom jinformaw lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun dwar l-informazzjoni privileġġjata msemmija fl-Artikolu 87 li tikkonċernahom direttament, b’mod li jippermetti aċċess rapidu għall-informazzjoni kif ukoll valutazzjoni kompluta, korretta u fil-ħin tagħha mill-pubbliku. L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ma għandhomx jikkombinaw l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġjata lill-pubbliku mal-kummerċjalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar għandhom iqiegħdu u jżommu fuq is-sit web tagħhom, għal perjodu ta’ tal-anqas ħames snin, l-informazzjoni privileġġjata kollha li huma jkollhom l-obbligu li jiżvelaw pubblikament.
Artikolu 88 2.

L-emittenti, l-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar jistgħu, taħt ir-responsabbiltà proprja tagħhom, idewmu l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata msemmija fl-Artikolu 87 dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iżvelar immedjat x’aktarx li jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittenti, tal-offerenti jew tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar;

(b) 

dewmien fl-iżvelar mhux probabbli li jqarrqu bil-pubbliku;

(c) 

l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ikunu jistgħu jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni.

Artikolu 88 3.
Meta emittent, offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar ikunu dewmu l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġjata f’konformità mal-paragrafu 2, għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti li l-iżvelar tal-informazzjoni ddewmet u għandhom jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, minnufih wara li l-informazzjoni tiġi żvelata lill-pubbliku. Alternattivament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li rekord ta’ tali spjegazzjoni għandu jiġi pprovdut biss fuq talba tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 88 4.

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-mezzi tekniċi għal:

(a) 

żvelar pubbliku xieraq ta’ informazzjoni privileġġjata kif imsemmi fil-paragrafu 1; u

(b) 

id-dewmien tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġjata kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.