|
+Artikolu 89 5. |
Artikolu 89 5.Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata peress li:
(a)
tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;
(b)
ikollha sehem fil-kapital tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;
(c)
ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet jew b’rabta mar-rwol tagħha fit-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili; jew
(d)
tkun involuta f’attivitajiet kriminali. Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata taħt ċirkostanzi differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf, jew imissha taf, li dik hija informazzjoni privileġġjata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|