+Artikolu 89 Il-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġjata
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
---+Artikolu 89 3.
---+Artikolu 89 4.
---+Artikolu 89 5.
---+Artikolu 89 6.
|
Artikolu 89 Il-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġjata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata għandu jitqies li jkun seħħ meta persuna jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tiddisponi minn, għan-nom proprju jew għan-nom ta’ parti terza, direttament jew indirettament, kriptoassi li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġjata bil-kanċellazzjoni jew bl-emenda ta’ ordni li tikkonċerna kriptoassi li l-informazzjoni tkun relatata magħha meta l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata kellha fil-pussess tagħha l-informazzjoni privileġġjata, għandu jitqies wkoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġjata. L-użu ta’ informazzjoni privileġġjata għandu jinkludi wkoll is-sottomissjoni, il-modifika jew l-irtirar ta’ offerta minn persuna għan-nom proprju jew għan-nom ta’ parti terza.
|
|
Artikolu 89 2.
|
L-ebda persuna ma għandha tinvolvi ruħha jew tipprova tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew tuża informazzjoni privileġġjata dwar il-kriptoassi biex takkwista dawk il-kriptoassi, jew tiddisponi minnhom, direttament jew indirettament, kemm jekk għan-nom proprju kif ukoll għan-nom ta’ parti terza. L-ebda persuna ma għandha tirrakkomanda li persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew tinċentiva lil persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġjata.
|
|
Artikolu 89 3.
|
L-ebda persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata dwar il-kriptoassi ma għandha, abbażi ta’ dik l-informazzjoni privileġġjata, tirrakkomanda jew tinċentiva persuna oħra:
(a)
biex takkwista jew tiddisponi minn dawk il-kriptoassi; jew
(b)
biex tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna dawk il-kriptoassi.
|
|
Artikolu 89 4.
|
L-użu ta’ rakkomandazzjoni jew inċentiv kif imsemmi fil-paragrafu 3 jammonta għal abbuż minn informazzjoni privileġġjata skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu meta l-persuna li tuża dik ir-rakkomandazzjoni jew dak l-inċentiv tkun taf jew imissha taf li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġjata.
|
|
Artikolu 89 5.
|
Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata peress li:
(a)
tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;
(b)
ikollha sehem fil-kapital tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar;
(c)
ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet jew b’rabta mar-rwol tagħha fit-teknoloġija ta’ reġistru distribwit jew teknoloġija simili; jew
(d)
tkun involuta f’attivitajiet kriminali.
Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġjata taħt ċirkostanzi differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf, jew imissha taf, li dik hija informazzjoni privileġġjata.
|
|
Artikolu 89 6.
|
Meta l-persuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika, f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettqu l-akkwiżizzjoni, il-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni għan-nom tal-persuna ġuridika kkonċernata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|