+Artikolu 91 Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq
---+Artikolu 91 1.
---+Artikolu 91 2.
---+Artikolu 91 3.

Artikolu 91 Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91 1.
L-ebda persuna ma għandha tinvolvi ruħha jew tipprova tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq.
Artikolu 91 2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi kwalunkwe attività minn dawn li ġejjin:

(a) 

dment li ma tkunx twettqet għal raġunijiet leġittimi, id-dħul fi tranżazzjoni, it-tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew l-involviment fi kwalunkwe mġiba oħra li:

(i) 

tagħti, jew li x’aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista ta’ kriptoassi, id-domanda għalih jew il-prezz tiegħu;

(ii) 

tiżgura, jew x’aktarx li tiżgura, il-prezz ta’ kriptoassi wieħed jew aktar f’livell anormali jew artifiċjali;

(b) 

id-dħul fi tranżazzjoni, it-tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa jew li x’aktarx taffettwa l-prezz ta’ kriptoassi wieħed jew aktar, filwaqt li jkun qed jintuża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew strataġemma;

(c) 

it-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-media, inkluż bl-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti, jew li x’aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa fir-rigward tal-provvista ta’ kriptoassi wieħed jew aktar, kif ukoll fir-rigward tad-domanda għalihom jew tal-prezz tagħhom, jew li tiżgura jew x’aktarx li tiżgura, il-prezz ta’ kriptoassi wieħed jew aktar, f’livell anormali jew artifiċjali, inkluż it-tixrid ta’ għajdut, meta l-persuna li tkun involviet ruħha fit-tixrid tal-informazzjoni kienet taf, jew imissha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa.

Artikolu 91 3.

L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:

(a) 

l-iżgurar ta’ pożizzjoni dominanti fuq il-provvista ta’ kriptoassi, jew fuq id-domanda għalih, li jkollu, jew li x’aktarx ikollu, l-effett li jiffissa, direttament jew indirettament, il-prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew joħloq, jew x’aktarx li joħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;

(b) 

it-tqegħid ta’ ordnijiet lil pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, inkluż kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, li jkollu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), billi:

(i) 

ifixkel jew iddewwem il-funzjonament tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew l-involviment fi kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett;

(ii) 

jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra biex jidentifikaw ordnijiet ġenwini fuq il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew biex jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett, inkluż billi jiddaħħlu ordnijiet li jirriżultaw fid-destabbilizzazzjoni tal-funzjonament normali tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;

(iii) 

joħloq sinjal falz jew qarrieqi dwar il-provvista ta’ kriptoassi, jew id-domanda għalihom, jew il-prezz tagħhom, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex jingħata bidu għal xejra jew biex xejra tiġi aggravata, jew billi titwettaq kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett;

(c) 

li jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-media tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar kriptoassi, filwaqt li preċedentement ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak il-kriptoassi, u sussegwentement isir gwadann mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak il-kriptoassi, mingħajr ma fl-istess ħin ma jkun ġie żvelat dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.