+Artikolu 91 3.

Artikolu 91 3.

L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:

(a) 

l-iżgurar ta’ pożizzjoni dominanti fuq il-provvista ta’ kriptoassi, jew fuq id-domanda għalih, li jkollu, jew li x’aktarx ikollu, l-effett li jiffissa, direttament jew indirettament, il-prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew joħloq, jew x’aktarx li joħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;

(b) 

it-tqegħid ta’ ordnijiet lil pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, inkluż kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, li jkollu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), billi:

(i) 

ifixkel jew iddewwem il-funzjonament tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew l-involviment fi kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett;

(ii) 

jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra biex jidentifikaw ordnijiet ġenwini fuq il-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi jew biex jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett, inkluż billi jiddaħħlu ordnijiet li jirriżultaw fid-destabbilizzazzjoni tal-funzjonament normali tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi;

(iii) 

joħloq sinjal falz jew qarrieqi dwar il-provvista ta’ kriptoassi, jew id-domanda għalihom, jew il-prezz tagħhom, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex jingħata bidu għal xejra jew biex xejra tiġi aggravata, jew billi titwettaq kwalunkwe attività li x’aktarx ikollha dak l-effett;

(c) 

li jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-media tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar kriptoassi, filwaqt li preċedentement ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak il-kriptoassi, u sussegwentement isir gwadann mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak il-kriptoassi, mingħajr ma fl-istess ħin ma jkun ġie żvelat dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.