|
+Artikolu 94 3. |
Artikolu 94 3.Sabiex jaqdu dmirijiethom skont it-Titolu VI, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tal-anqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin minbarra s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1:
(a)
li jaċċessaw kwalunkwe dokument jew data fi kwalunkwe forma, jew li jirċievu jew li jagħmlu kopja tagħhom;
(b)
li jirrikjedu jew jeżiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li jkunu involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u, jekk meħtieġ, li jsejħu u jinterrogaw lil kwalunkwe persuna tali bl-għan li jiksbu informazzjoni;
(c)
li jidħlu fil-bini ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jissekwestraw dokumenti u data fi kwalunkwe forma meta jkun jeżisti suspett raġonevoli li dokumenti u data relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni jistgħu jkunu rilevanti bħala prova ta’ każ ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġjata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq;
(d)
li jirreferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali;
(e)
li jirrikjedu, sa fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, meta jkun jeżisti suspett raġonevoli ta’ ksur u meta tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur tal-Artikoli 88 sa 91;
(f)
li jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn li huma;
(g)
li jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju tal-attività professjonali;
(h)
li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-pubbliku jkun informat b’mod korrett, fost l-oħrajn, billi jikkoreġu informazzjoni żvelata li tkun falza jew qarrieqa, inkluż billi jirrikjedu li offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew emittent jew persuna oħra li tkun ippubblikat jew xerrdet informazzjoni falza jew qarrieqa jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|