+Artikolu 97 Promozzjoni tal-konverġenza dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 97 3.
---+Artikolu 97 4.
|
Artikolu 97 Promozzjoni tal-konverġenza dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 97 1.
|
Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-ASE għandhom joħorġu b’mod konġunt linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex jispeċifikaw il-kontenut u l-forma tal-ispjegazzjoni li takkumpanja l-white paper dwar il-kriptoassi msemmija fl-Artikolu 8(4) u tal-opinjonijiet legali dwar il-kwalifika ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punt (b)(ii), u l-Artikolu 18(2), il-punt (e). Il-linji gwida għandhom jinkludu mudell għall-ispjegazzjoni u għall-opinjoni u test standardizzat għall-klassifikazzjoni tal-kriptoassi.
|
|
Artikolu 97 2.
|
L-ASE għandhom, f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament, jippromwovu diskussjoni fost l-awtoritajiet kompetenti dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi inkluż dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-kriptoassi li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(3). L-ASE għandhom jidentifikaw ukoll is-sorsi ta’ diverġenzi potenzjali fl-approċċi tal-awtoritajiet kompetenti rigward il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-kriptoassi u għandhom, sa fejn possibbli, jippromwovu approċċ komuni għalihom.
|
|
Artikolu 97 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari jew ospitanti jistgħu jitolbu lill-ESMA, lill-EIOPA jew lill-EBA, kif xieraq, għal opinjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-kriptoassi, inklużi dawk li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2(3). L-ESMA, l-EIOPA jew l-EBA, kif applikabbli, għandhom jipprovdu tali opinjoni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, kif applikabbli, u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu t-talba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
|
|
Artikolu 97 4.
|
L-ASE għandhom ifasslu b’mod konġunt rapport annwali bbażat fuq l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 109 u dwar ir-riżultati tal-ħidma tagħhom imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu, li jidentifika d-diffikultajiet fil-klassifikazzjoni tal-kriptoassi u d-diverġenzi fl-approċċi tal-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|