Artikolu 98
Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra
Meta offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi jinvolvu ruħhom f’attivitajiet għajr dawk koperti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni jew għas-sorveljanza ta’ tali attivitajiet oħrajn skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.