+Artikolu 102 Miżuri kawtelatorji
---+Artikolu 102 1.
---+Artikolu 102 2.
---+Artikolu 102 3.

Artikolu 102 Miżuri kawtelatorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 102 1.
Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jkollha raġunijiet ċari u dimostrabbli biex tissuspetta li hemm irregolaritajiet fl-attivitajiet ta’ offerent jew persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar fil-kriptoassi, emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u lill-ESMA dwar dan.

Meta l-irregolaritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu jikkonċernaw emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ token tal-flus elettroniċi, jew servizz tal-kriptoassi relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinnotifika ukoll lill-EBA.

Artikolu 102 2.
Meta, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jippersistu, u jammontaw għal ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, lill-ESMA u, meta xieraq, lill-EBA, għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tipproteġi lill-klijenti ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u lid-detenturi ta’ kriptoassi, b’mod partikolari lid-detenturi fil-livell tal-konsumatur. Tali miżuri jinkludu li l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, l-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi ma jitħallewx iwettqu aktar attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u, meta xieraq, lill-EBA dwar dan, mingħajr dewmien żejjed. L-ESMA, u, meta tkun involuta, l-EBA, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni skont dan mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 102 3.
Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ma taqbilx ma’ ebda waħda mill-miżuri li tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-ESMA dwar il-kwistjoni. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkonċernaw emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, jew servizz tal-kriptoassi relatat ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tiġbed l-attenzjoni tal-EBA dwar il-kwistjoni. L-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu japplika f’tali sitwazzjonijiet mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.