+Artikolu 107 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
---+Artikolu 107 1.
---+Artikolu 107 2.
---+Artikolu 107 3.
---+Artikolu 107 4.
---+Artikolu 107 5.

Artikolu 107 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 107 1.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, meta meħtieġ, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi u l-infurzar ta’ obbligi skont dan ir-Regolament f’dawk il-pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma l-EBA, l-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra meta jkun biħsiebha tikkonkludi tali arranġament.

Artikolu 107 2.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ EBA, għandha, meta possibbli, tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 107 3.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxi dokument mudell għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 biex jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta possibbli.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 107 4.
L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ EBA, għandha tiffaċilita u tikkoordina wkoll, kull meta possibbli, l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont il-Kapitolu 3 ta’ dan it-Titolu.
Artikolu 107 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ sigriet professjonali li jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 100. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub biss għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.