+Artikolu 112 Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat li jiġu imposti sanzjonijiet
---+Artikolu 112 1.
---+Artikolu 112 2.

Artikolu 112 Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat li jiġu imposti sanzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 112 1.

Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għandhom jiġu imposti f’konformità mal-Artikolu 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a) 

il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b) 

jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;

(c) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(d) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(e) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f) 

it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dak ikun jista’ jiġi determinat;

(g) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(h) 

ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(i) 

il-miżuri meħuda mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex jiġi evitat li dan jerġa’ jseħħ;

(j) 

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ kriptoassi u l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell ta’ konsumatur.

Artikolu 112 2.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikolu 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u l-penali u miżuri amministrattivi oħra li jimponu jkunu effettivi u xierqa. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni u s-sovrappożizzjoni meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra f’każijiet transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.