|
+Artikolu 112 1. |
Artikolu 112 1.Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għandhom jiġu imposti f’konformità mal-Artikolu 111, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:
(a)
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
(b)
jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;
(c)
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
(d)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
(e)
l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(f)
it-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sakemm dak ikun jista’ jiġi determinat;
(g)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
(h)
ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;
(i)
il-miżuri meħuda mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex jiġi evitat li dan jerġa’ jseħħ;
(j)
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ kriptoassi u l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell ta’ konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|