+Artikolu 122 Talba għal informazzjoni
---+Artikolu 122 1.
---+Artikolu 122 2.
---+Artikolu 122 3.
---+Artikolu 122 4.
---+Artikolu 122 5.
|
Artikolu 122 Talba għal informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 122 1.
|
Sabiex twettaq r-responsabbilitajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, l-EBA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew deċiżjoni, tesiġi li l-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha bl-għan li l-EBA tkun tista’ taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:
(a)
emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;
(b)
parti terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), li magħha emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkollhom arranġament kuntrattwali;
(c)
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37;
(d)
emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(e)
fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jforni servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(f)
persuna fiżika jew ġuridika inkarigata mid-distribuzzjoni ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’isem emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(g)
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni servizzi tal-kustodja u l- amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(h)
operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tkun ammettiet għan-negozjar token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(i)
il-korp maniġerjali tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h).
|
|
Artikolu 122 2.
|
Talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a)
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
(b)
tiddikjara l-iskop tat-talba;
(c)
tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;
(d)
tinkludi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e)
tinforma lill-persuna li minnha tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni iżda li, f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta jeħtieġ tkun korretta u ma tkunx qarrieqa; u
(f)
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 131, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 122 3.
|
Meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-EBA għandha:
(a)
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
(b)
tiddikjara l-iskop tat-talba;
(c)
tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;
(d)
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
(e)
tindika l-pagamenti perjodiċi tal-penali previsti fl-Artikolu 132 meta tkun meħtieġa l-produzzjoni tal-informazzjoni;
(f)
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 131, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;
(g)
tindika d-dritt ta’ appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-EBA u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 122 4.
|
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ assoċjazzjonijiet li ma jkollhomx personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati jirrappreżentawhom bil-liġi, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 122 5.
|
L-EBA għandha tibgħat mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma ddomiċiljati jew stabbiliti l-persuni kkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|