+Artikolu 124 Spezzjonijiet fuq il-post
---+Artikolu 124 1.
---+Artikolu 124 2.
---+Artikolu 124 3.
---+Artikolu 124 4.
---+Artikolu 124 5.
---+Artikolu 124 6.
---+Artikolu 124 7.
---+Artikolu 124 8.
---+Artikolu 124 9.
---+Artikolu 124 10.
---+Artikolu 124 11.
|
Artikolu 124 Spezzjonijiet fuq il-post
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 124 1.
|
Sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet superviżorji tagħha previsti fil-Artikolu 117, l-EBA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post meħtieġa kollha fi kwalunkwe bini kummerċjali tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti u tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti. Il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 119 għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe sejba li tista’ tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 124 2.
|
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini kummerċjali tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-EBA u għandu jkollhom is-setgħat kollha previsti fl-Artikolu 123(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u ktieb jew reġistru ta’ negozju għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn meħtieġ għall-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 124 3.
|
Fi żmien debitu qabel l-ispezzjoni, l-EBA għandha tagħti avviż dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq l-ispezzjoni. Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-EBA tista’, wara li tinforma lil dik l-awtorità kompetenti, twettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr ma tagħti avviż minn qabel lill-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew lill-emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti.
|
|
Artikolu 124 4.
|
L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 132 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux irwieħhom għall-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 124 5.
|
L-emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew l-emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti għandu jissottometti ruħu għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tagħżel id-data meta din għandha tibda u tindika l-pagamenti tal-penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 132, ir-rimedji legali disponibbli previsti fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 kif ukoll id-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 124 6.
|
L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn trid titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, fuq talba tal-EBA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-EBA. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post.
|
|
Artikolu 124 7.
|
L-EBA tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu f’isimha kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 123(1).
|
|
Artikolu 124 8.
|
Meta l-uffiċjali tal-EBA u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati minnha jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.
|
|
Artikolu 124 9.
|
Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn qorti skont il-liġi nazzjonali, l-EBA għandha tapplika għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ tapplika għal din l-awtorizzazzjoni wkoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.
|
|
Artikolu 124 10.
|
Meta qorti fi Stat Membru tirċievi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik il-qorti għandha tivverifika jekk:
(a)
id-deċiżjoni adottata mill-EBA msemmija fil-paragrafu 4 hijiex awtentika;
(b)
kwalunkwe miżura li trid tittieħed hijiex proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
|
|
Artikolu 124 11.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 10, il-punt (b), il-qorti tista’ titlob lill-EBA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-EBA li tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament, is-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Il-qorti ma għandhiex, madankollu, tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li għandha tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-EBA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-EBA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|