+Artikolu 125 1.

Artikolu 125 1.

Sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet superviżorji tal-EBA previsti fl-Artikolu 117 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom skont dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti u l-EBA għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni relatata ma’:

(a) 

emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li direttament jew indirettament tkun ikkontrollata minn emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;

(b) 

parti terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), li magħha emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkollu arranġament kuntrattwali;

(c) 

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37;

(d) 

emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(e) 

fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jforni servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(f) 

persuna fiżika jew ġuridika inkarigata mid-distribuzzjoni ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’isem emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(g) 

fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h) 

pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li fiha ġie ammess għan-negozjar token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(i) 

il-korp maniġerjali tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.