|
+Artikolu 130 2. |
Artikolu 130 2.Meta l-EBA tikkonstata li emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun wettaq ksur kif elenkat fl-Anness VI, hija tista’ tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
(a)
tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jtemm l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;
(b)
tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali fis-sens tal-Artikoli 131 u 132;
(c)
tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jibgħat informazzjoni supplimentari, meta meħtieġ, għall-protezzjoni tad-detenturi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, b’mod partikolari detenturi fil-livell ta’ konsumatur;
(d)
tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jissospendi offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għal perjodu massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun inkiser dan ir-Regolament;
(e)
tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti meta tikkonstata li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun se jseħħ ksur tiegħu;
(f)
tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rilevanti li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li jkun ammettagħan-negozjar tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jissospendi n-negozjar ta’ tali kriptoassi għal massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li nkiser dan ir-Regolament;
(g)
tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi n-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta tikkonstata li jkun inkiser dan ir-Regolament;
(h)
tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-operat mingħajr xkiel tas-suq;
(i)
toħroġ twissijiet li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti mhux qed jwettaql-obbligi tiegħu skontdan ir-Regolament.
(j)
tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew jillimita l-ammont tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa, b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 58(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|