+Artikolu 130 Miżuri superviżorji mill-EBA
---+Artikolu 130 1.
---+Artikolu 130 2.
---+Artikolu 130 3.
---+Artikolu 130 4.
---+Artikolu 130 5.
---+Artikolu 130 6.
---+Artikolu 130 7.

Artikolu 130 Miżuri superviżorji mill-EBA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 130 1.

Meta l-EBA ssib li emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkun wettaq ksur kif elenkat fl-Anness V, hija tista’ tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

tadotta deċiżjoni li titlob li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jwaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(b) 

tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 131 u 132;

(c) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jibgħat informazzjoni supplimentari, meta meħtieġ għall-protezzjoni tad-detenturi tat-token irreferenzjat ma’ assi, b’mod partikolari detenturi fil-livell ta’ konsumatur;

(d) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jissospendi offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għal perjodu massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(e) 

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi offerta lill-pubbliku tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti meta tikkonstata li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun se jseħħ ksur tiegħu;

(f) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tkun ammetiet għan-negozjar it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jissospendi n-negozjar ta’ tali kriptoassi għal massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li nkiser dan ir-Regolament;

(g) 

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi n-negozjar tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta tikkonstata ksur ta’ dan ir-Regolament;

(h) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jemenda l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu, meta tikkonstata li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jikkonformawx mal-Artikolu 29;

(i) 

tadotta deċiżjoni li tissospendu jew tipprojbixxi komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni meta jkun hemm motivi raġonevoli biex tissuspetta ksur ta’ dan ir-Regolament;

(j) 

tadotta deċiżjoni li teħtieġ li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-operat mingħajr xkiel tas-suq;

(k) 

toħroġ twissijiet li emittent tat-token irreferenzjati ma’ assi sinifikanti mhux qed jwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament;

(l) 

tirtira l-awtorizzazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti.

(m) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi t-tneħħija ta’ persuna fiżika mill-korp maniġerjali tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;

(n) 

tirrikjedi li l-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward ta’ dak it-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew jillimita l-ammont tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti maħruġa, f’konformità mal-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 24(3).

Artikolu 130 2.

Meta l-EBA tikkonstata li emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jkun wettaq ksur kif elenkat fl-Anness VI, hija tista’ tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(a) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jtemm l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(b) 

tadotta deċiżjoni li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali fis-sens tal-Artikoli 131 u 132;

(c) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jibgħat informazzjoni supplimentari, meta meħtieġ, għall-protezzjoni tad-detenturi tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, b’mod partikolari detenturi fil-livell ta’ konsumatur;

(d) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jissospendi offerta lill-pubbliku tal-kriptoassi għal perjodu massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(e) 

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi offerta lill-pubbliku tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti meta tikkonstata li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha motivi raġonevoli sabiex tissuspetta li jkun se jseħħ ksur tiegħu;

(f) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi rilevanti li jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li jkun ammettagħan-negozjar tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti jissospendi n-negozjar ta’ tali kriptoassi għal massimu ta’ tletin jum tax-xogħol konsekuttiv fi kwalunkwe singola okkażjoni meta jkollha motivi raġonevoli biex tissuspetta li nkiser dan ir-Regolament;

(g) 

tadotta deċiżjoni li tipprojbixxi n-negozjar ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, fuq pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi meta tikkonstata li jkun inkiser dan ir-Regolament;

(h) 

tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jiżvela l-informazzjoni materjali kollha li jista’ jkollha effett fuq il-valutazzjoni tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur jew l-operat mingħajr xkiel tas-suq;

(i) 

toħroġ twissijiet li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti mhux qed jwettaql-obbligi tiegħu skontdan ir-Regolament.

(j) 

tirrikjedi li l-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jintroduċi ammont ta’ denominazzjoni minima fir-rigward ta’ dak it-token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew jillimita l-ammont tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti maħruġa, b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 58(3).

Artikolu 130 3.

Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, l-EBA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis:

(a) 

it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(b) 

jekk reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew huwiex attribwibbli b’mod ieħor għall-ksur;

(c) 

jekk il-ksur ikunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri, fil-politiki u fil-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(d) 

jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b’negliġenza;

(e) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur;

(f) 

is-saħħa finanzjarja tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti, jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti, responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mid-dħul annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(g) 

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(h) 

l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(i) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur mal-EBA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat il-kostrinġiment tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(j) 

il-ksur preċedenti mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi responsabbli għall-ksur;

(k) 

il-miżuri meħuda mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti wara l-ksur għall-prevenzjoni tar-ripetizzjoni ta’ tali ksur.

Artikolu 130 4.
Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (d) sa (g), u l-punt (j), l-EBA għandha tinforma lill-ESMA u, meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jkunu qed jirreferenzjaw l-euro jew munita uffiċjali ta’ Stat Membru li ma tkunx l-euro, il-BĊE jew il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ dik il-munita uffiċjali, rispettivament.
Artikolu 130 5.
Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura kif imsemmija fil-paragrafu 2, l-EBA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti u lill-bank ċentrali tal-Istat membru li l-munita uffiċjali tiegħu tkun dik li t-token tal-flus elettroniċi sinifikanti qed jirreferenzja.
Artikolu 130 6.
L-EBA għandha tinnotifika mingħajr dewmien kwalunkwe miżura meħuda skont il-paragrafi 1 jew 2 lill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew lill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunika dik il-miżura lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kif ukoll lill-Kummissjoni. L-EBA għandha tiżvela pubblikament kwalunkwe tali deċiżjoni fuq is-sit web tagħha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, sakemm tali żvelar ma jkunx jipperikola b’mod serju l-istabbiltà finanzjarja jew ma jkunx jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti. Tali żvelar ma għandux jinkludi data personali.
Artikolu 130 7.

L-iżvelar lill-pubbliku msemmi fil-paragrafu 6 għandu jinkludi id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

(b) 

meta rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;

(c) 

dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-EBA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.