+Artikolu 134 Regoli ta’ proċedura sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
---+Artikolu 134 1.
---+Artikolu 134 2.
---+Artikolu 134 3.
---+Artikolu 134 4.
---+Artikolu 134 5.
---+Artikolu 134 6.
---+Artikolu 134 7.
---+Artikolu 134 8.
---+Artikolu 134 9.
---+Artikolu 134 10.
---+Artikolu 134 11.

Artikolu 134 Regoli ta’ proċedura sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 134 1.
Meta, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, ikun hemm motivi ċari u dimostrabbli biex wieħed jissuspetta li kien hemm jew li se jkun hemm ksur kif elenkat fl-Anness V jew VI, l-EBA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fi ħdan l-EBA biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux ikun involut jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti kkonċernati u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-EBA.
Artikolu 134 2.
L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u għandu jissottometti fajl komplut bil-konklużjonijiet tiegħu lill-EBA.
Artikolu 134 3.
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista’ jeżerċità s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 122 u s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 123 u 124. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 121.
Artikolu 134 4.
Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha miġbura mill-EBA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
Artikolu 134 5.
Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel ma jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-EBA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni kkonċernati kellhom l-opportunità li jikkummentaw.
Artikolu 134 6.
Matul l-investigazzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.
Artikolu 134 7.
Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-EBA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni b’dan. Il-persuni soġġetti għall-investigazzjoni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-EBA.
Artikolu 134 8.
Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, meta tintalab mill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 135, l-EBA għandha tiddeċiedi jekk ksur elenkat fl-Anness V jew VI ikunx twettaq mill-emittent tat-token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew mill-emittent tat-token tal-flus elettroniċi sinifikanti soġġett għall-investigazzjoni u, f’dan il-każ, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 130 jew timponi multa f’konformità mal-Artikolu 131.
Artikolu 134 9.
L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-EBA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-EBA.
Artikolu 134 10.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 sat-30 ta’ Ġunju 2024 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika ulterjorment ir-regoli ta’ proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir tal-multi jew tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u għall-infurzar tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali.
Artikolu 134 11.
L-EBA għandha ġġib għall-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kwistjonijiet biex jinvestigawhom u, meta xieraq, biex iressqu proċedimenti kriminali b’rabta magħhom meta, fit-twettiq ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija tikkonstata li hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-EBA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta tkun konxja li liberazzjoni jew kundanna preċedenti li rriżultat minn fatt jew minn fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat ta’ proċedimenti kriminali ta’ liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.