+Artikolu 138 Delega ta’ kompiti mill-EBA lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 138 1.
---+Artikolu 138 2.
---+Artikolu 138 3.
---+Artikolu 138 4.
|
Artikolu 138 Delega ta’ kompiti mill-EBA lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 138 1.
|
Meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, l-EBA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtorità kompetenti. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 122 u li jitwettqu investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 123 jew 124.
|
|
Artikolu 138 2.
|
Qabel ma tiddelega kompitu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
(a)
l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
(b)
l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u
(c)
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-EBA u lilha.
|
|
Artikolu 138 3.
|
F’konformità mal-att delegat dwar it-tariffi adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 137(3) u l-Artikolu 139, l-EBA għandha trodd lura lil awtorità kompetenti l-ispejjeż imġarrbin fit-twettiq tal-kompiti ddelegati.
|
|
Artikolu 138 4.
|
L-EBA għandha tirrieżamina d-delega tal-kompiti f’intervalli xierqa. Tali delega tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|