+Artikolu 140 Rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
---+Artikolu 140 1.
---+Artikolu 140 2.
---+Artikolu 140 3.

Artikolu 140 Rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 140 1.
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, wara li tkun ikkonsultat lill-EBA u lill-ESMA, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat, meta meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva. Għandu jiġi ppreżentat rapport interim sat-30 ta’ Ġunju 2025, akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 140 2.

Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom dan li ġej:

(a) 

in-numru ta’ ħarġiet ta’ kriptoassi fl-Unjoni, in-numru ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppreżentati jew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ kriptoassi maħruġa u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom u n-numru ta’ kriptoassi ammessi għan-negozjar;

(b) 

deskrizzjoni tal-esperjenza bil-klassifikazzjoni tal-kriptoassi inklużi diverġenzi possibbli fl-approċċi mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

valutazzjoni tal-ħtieġa tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni għall-white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi;

(d) 

stima tan-numru ta’ residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa fl-Unjoni;

(e) 

meta possibbli, stima tan-numru tar-residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa barra mill-Unjoni u spjegazzjoni tad-disponibbiltà tad-data f’dak ir-rigward;

(f) 

in-numru u l-valur ta’ frodi, ta’ scams, ta’ hacks, tal-użu ta’ kriptoassi għal pagamenti relatati ma’ attakki ta’ ransomware, attakki ċibernetiċi, serq jew telf ta’ kriptoassi rrapportati fl-Unjoni, it-tipi ta’ mġiba frodulenti, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u minn emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti u s-suġġetti tal-ilmenti riċevuti;

(g) 

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens irreferenzjati ma’ assi;

(h) 

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti;

(i) 

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-fondi ddepożitati jew investiti skont l-Artikolu 54 u l-volum tal-pagamenti magħmula fit-tokens tal-flus elettroniċi;

(j) 

in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u, għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, analiżi tal-kategoriji tal-assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi u l-volum tal-pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;

(k) 

in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti;

(l) 

valutazzjoni tal-funzjonament tas-swieq fil-kriptoassi fl-Unjoni, inkluż tal-iżvilupp u tax-xejriet tas-suq, filwaqt li titqies l-esperjenza tal-awtoritajiet superviżorji, in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati u s-sehem mis-suq medju rispettiv tagħhom;

(m) 

valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni tad-detenturi tal-kriptoassi u l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur;

(n) 

valutazzjoni ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni frodulenti u scams li jinvolvu l-kriptoassi li jseħħu permezz tan-networks tal-midja soċjali;

(o) 

valutazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-emittenti ta’ kriptoassi u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza operazzjonali, l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-klijenti u tad-detenturi ta’ kriptoassi;

(p) 

evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 u tal-possibbiltà li jiġu introdotti testijiet ta’ adegwatezza fl-Artikoli 78, 79 u 80 sabiex jiġu protetti aħjar il-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, speċjalment id-detenturi fil-livell tal-konsumatur;

(q) 

valutazzjoni dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi tal-kriptoassi koperti b’dan ir-Regolament huwiex xieraq u jekk huwiex meħtieġ kwalunkwe aġġustament fid-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif ukoll jekk huwiex meħtieġ li tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kwalunkwe forma addizzjonali ta’ kriptoassi innovattiva;

(r) 

valutazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżiti prudenzjali għal fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi humiex xierqa u jekk għandhomx jiġu allinjati mar-rekwiżiti għall-kapital inizjali u l-fondi proprji applikabbli għad-ditti ta’ investiment skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 );

(s) 

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livelli limitu biex jiġu kklassifikati tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti kif stabbilit fl-Artikolu 43(1), il-punti (a), (b) u (c), u valutazzjoni dwar jekk għandhomx jiġu valutati perjodikament il-livelli limitu;

(t) 

valutazzjoni tal-iżvilupp tal-finanzi deċentralizzati fis-swieq tal-kriptoassi u tat-trattament regolatorju xieraq tas-sistemi deċentralizzati tal-kriptoassi;

(u) 

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livelli limitu biex il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jitqiesu bħala sinifikanti skont l-Artikolu 85, u valutazzjoni ta’ jekk il-livelli limitu għandhomx jiġu evalwati perjodikament;

(v) 

valutazzjoni dwar jekk jenħtieġx li jiġi stabbilit fis-sens ta’ dan ir-Regolament reġim ta’ ekwivalenza għall-entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi, għall-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi minn pajjiżi terzi;

(w) 

valutazzjoni dwar jekk l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 4 u 16 humiex xierqa;

(x) 

valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern għal dak li jikkkonċerna l-kriptoassi, inkluż kwalunkwe impatt fuq l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u fuq l-iżvilupp ta’ mezzi ġodda ta’ pagament, inklużi strumenti ta’ pagament;

(y) 

deskrizzjoni tal-iżviluppi fil-mudelli tan-negozju u t-teknoloġiji fis-swieq fil-kriptoassi b’enfasi partikolari fuq l-impatt ambjentali u dak relatat mal-klima ta’ teknoloġiji ġodda, kif ukoll valutazzjoni tal-għażliet ta’ politika u meta meħtieġ kwalunkwe miżura addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa biex jittaffew l-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tat-teknoloġiji użati fis-swieq tal-kriptoassi u, b’mod partikolari, tal-mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi;

(z) 

valutazzjoni dwar jekk huwiex meħtieġ xi tibdil fil-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-klijenti u d-detenturi tal-kriptoassi, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja;

(aa) 

l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra;

(ab) 

evalwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-ESMA, il-banek ċentrali, kif ukoll awtoritajiet rilevanti oħra, inkluż fir-rigward tal-interazzjoni bejn ir-responsabbiltajiet jew il-kompiti tagħhom, u valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-EBA, rispettivament, li jkunu responsabbli għas-superviżjoni skont dan ir-Regolament;

(ac) 

evalwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA rigward is-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti, u valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-ESMA, rispettivament, li jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti skont dan ir-Regolament;

(ad) 

l-ispejjeż għall-emittenti tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi, sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, espressi f’perċentwal tal-ammont miġbur mill-ħruġ ta’ kriptoassi;

(ae) 

l-ispejjeż għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, espressi f’perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom;

(af) 

l-ispejjeż għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament espressi f’perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom;

(ag) 

in-numru u l-ammont ta’ multi amministrattivi u ta’ penali kriminali imposti għal ksur ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti u mill-EBA.

Artikolu 140 3.
Meta applikabbli, ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jagħtu segwitu wkoll għas-suġġetti indirizzati fir-rapporti msemmija fl-Artikoli 141 u 142.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.