|
+Artikolu 140 2. |
Artikolu 140 2.Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom dan li ġej:
(a)
in-numru ta’ ħarġiet ta’ kriptoassi fl-Unjoni, in-numru ta’ white papers dwar il-kriptoassi ppreżentati jew innotifikati lill-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ kriptoassi maħruġa u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tagħhom u n-numru ta’ kriptoassi ammessi għan-negozjar;
(b)
deskrizzjoni tal-esperjenza bil-klassifikazzjoni tal-kriptoassi inklużi diverġenzi possibbli fl-approċċi mill-awtoritajiet kompetenti;
(c)
valutazzjoni tal-ħtieġa tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni għall-white papers dwar il-kriptoassi għal kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi;
(d)
stima tan-numru ta’ residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa fl-Unjoni;
(e)
meta possibbli, stima tan-numru tar-residenti tal-Unjoni li jużaw jew jinvestu fi kriptoassi maħruġa barra mill-Unjoni u spjegazzjoni tad-disponibbiltà tad-data f’dak ir-rigward;
(f)
in-numru u l-valur ta’ frodi, ta’ scams, ta’ hacks, tal-użu ta’ kriptoassi għal pagamenti relatati ma’ attakki ta’ ransomware, attakki ċibernetiċi, serq jew telf ta’ kriptoassi rrapportati fl-Unjoni, it-tipi ta’ mġiba frodulenti, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u minn emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ lmenti riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti u s-suġġetti tal-ilmenti riċevuti;
(g)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens irreferenzjati ma’ assi;
(h)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti, u analiżi tal-kategoriji ta’ assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi tal-assi u l-volum ta’ pagamenti li saru f’tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti;
(i)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi, il-kompożizzjoni u d-daqs tal-fondi ddepożitati jew investiti skont l-Artikolu 54 u l-volum tal-pagamenti magħmula fit-tokens tal-flus elettroniċi;
(j)
in-numru ta’ emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti u analiżi tal-muniti uffiċċjali rreferenzjati mit-tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, u, għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti, analiżi tal-kategoriji tal-assi ta’ riżerva, id-daqs tar-riżervi ta’ assi u l-volum tal-pagamenti li saru f’tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(k)
in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti;
(l)
valutazzjoni tal-funzjonament tas-swieq fil-kriptoassi fl-Unjoni, inkluż tal-iżvilupp u tax-xejriet tas-suq, filwaqt li titqies l-esperjenza tal-awtoritajiet superviżorji, in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi awtorizzati u s-sehem mis-suq medju rispettiv tagħhom;
(m)
valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni tad-detenturi tal-kriptoassi u l-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, b’mod partikolari d-detenturi fil-livell tal-konsumatur;
(n)
valutazzjoni ta’ komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni frodulenti u scams li jinvolvu l-kriptoassi li jseħħu permezz tan-networks tal-midja soċjali;
(o)
valutazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-emittenti ta’ kriptoassi u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza operazzjonali, l-integrità tas-suq, l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-klijenti u tad-detenturi ta’ kriptoassi;
(p)
evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 u tal-possibbiltà li jiġu introdotti testijiet ta’ adegwatezza fl-Artikoli 78, 79 u 80 sabiex jiġu protetti aħjar il-klijenti tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, speċjalment id-detenturi fil-livell tal-konsumatur;
(q)
valutazzjoni dwar jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi tal-kriptoassi koperti b’dan ir-Regolament huwiex xieraq u jekk huwiex meħtieġ kwalunkwe aġġustament fid-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif ukoll jekk huwiex meħtieġ li tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kwalunkwe forma addizzjonali ta’ kriptoassi innovattiva;
(r)
valutazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżiti prudenzjali għal fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi humiex xierqa u jekk għandhomx jiġu allinjati mar-rekwiżiti għall-kapital inizjali u l-fondi proprji applikabbli għad-ditti ta’ investiment skont ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 );
(s)
valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livelli limitu biex jiġu kklassifikati tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi bħala sinifikanti kif stabbilit fl-Artikolu 43(1), il-punti (a), (b) u (c), u valutazzjoni dwar jekk għandhomx jiġu valutati perjodikament il-livelli limitu;
(t)
valutazzjoni tal-iżvilupp tal-finanzi deċentralizzati fis-swieq tal-kriptoassi u tat-trattament regolatorju xieraq tas-sistemi deċentralizzati tal-kriptoassi;
(u)
valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livelli limitu biex il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi jitqiesu bħala sinifikanti skont l-Artikolu 85, u valutazzjoni ta’ jekk il-livelli limitu għandhomx jiġu evalwati perjodikament;
(v)
valutazzjoni dwar jekk jenħtieġx li jiġi stabbilit fis-sens ta’ dan ir-Regolament reġim ta’ ekwivalenza għall-entitajiet li jipprovdu servizzi tal-kriptoassi, għall-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi jew għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi minn pajjiżi terzi;
(w)
valutazzjoni dwar jekk l-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 4 u 16 humiex xierqa;
(x)
valutazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern għal dak li jikkkonċerna l-kriptoassi, inkluż kwalunkwe impatt fuq l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u fuq l-iżvilupp ta’ mezzi ġodda ta’ pagament, inklużi strumenti ta’ pagament;
(y)
deskrizzjoni tal-iżviluppi fil-mudelli tan-negozju u t-teknoloġiji fis-swieq fil-kriptoassi b’enfasi partikolari fuq l-impatt ambjentali u dak relatat mal-klima ta’ teknoloġiji ġodda, kif ukoll valutazzjoni tal-għażliet ta’ politika u meta meħtieġ kwalunkwe miżura addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa biex jittaffew l-impatti negattivi fuq il-klima u impatti negattivi oħra relatati mal-ambjent tat-teknoloġiji użati fis-swieq tal-kriptoassi u, b’mod partikolari, tal-mekkaniżmi ta’ kunsens użati biex jiġu vvalidati t-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi;
(z)
valutazzjoni dwar jekk huwiex meħtieġ xi tibdil fil-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-klijenti u d-detenturi tal-kriptoassi, l-integrità tas-suq u l-istabbiltà finanzjarja;
(aa)
l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra;
(ab)
evalwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-ESMA, il-banek ċentrali, kif ukoll awtoritajiet rilevanti oħra, inkluż fir-rigward tal-interazzjoni bejn ir-responsabbiltajiet jew il-kompiti tagħhom, u valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-EBA, rispettivament, li jkunu responsabbli għas-superviżjoni skont dan ir-Regolament;
(ac)
evalwazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA rigward is-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti, u valutazzjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-ESMA, rispettivament, li jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sinifikanti skont dan ir-Regolament;
(ad)
l-ispejjeż għall-emittenti tal-kriptoassi għajr it-tokens irreferenzjati ma’ assi u t-tokens tal-flus elettroniċi, sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, espressi f’perċentwal tal-ammont miġbur mill-ħruġ ta’ kriptoassi;
(ae)
l-ispejjeż għall-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u tal-emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, espressi f’perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom;
(af)
l-ispejjeż għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament espressi f’perċentwal tal-ispejjeż operazzjonali tagħhom;
(ag)
in-numru u l-ammont ta’ multi amministrattivi u ta’ penali kriminali imposti għal ksur ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti u mill-EBA. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|