|
+Artikolu 142 2. |
Artikolu 142 2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih minn tal-anqas dan li ġej:
(a)
valutazzjoni tal-iżvilupp ta’ finanzi deċentralizzati fis-swieq tal-kriptoassi u tat-trattament regolatorju xieraq tas-sistemi deċentralizzati tal-kriptoassi mingħajr emittent jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-finanzji deċentralizzati;
(b)
valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-għoti u t-teħid b’self ta’ kriptoassi;
(c)
valutazzjoni tat-trattament tas-servizzi assoċjati mat-trasferiment ta’ tokens tal-flus elettroniċi, meta mhux indirizzati fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
(d)
valutazzjoni tal-iżvilupp tas-swieq fi kriptoassi uniċi u mhux funġibbli u tat-trattament regolatorju xieraq ta’ tali kriptoassi, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-offerenti ta’ kriptoassi uniċi u mhux funġibbli kif ukoll fornituri ta’ servizzi relatati ma’ tali kriptoassi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|