+Artikolu 142 Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kriptoassi
---+Artikolu 142 1.
---+Artikolu 142 2.

Artikolu 142 Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-kriptoassi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 142 1.
Sat-30 ta’ Diċembru 2024, u wara li tikkonsulta lill-EBA u lill-ESMA, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-kriptoassi, b’mod partikolari fuq kwistjonijiet li ma ġewx indirizzati f’dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 142 2.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih minn tal-anqas dan li ġej:

(a) 

valutazzjoni tal-iżvilupp ta’ finanzi deċentralizzati fis-swieq tal-kriptoassi u tat-trattament regolatorju xieraq tas-sistemi deċentralizzati tal-kriptoassi mingħajr emittent jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-finanzji deċentralizzati;

(b) 

valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-għoti u t-teħid b’self ta’ kriptoassi;

(c) 

valutazzjoni tat-trattament tas-servizzi assoċjati mat-trasferiment ta’ tokens tal-flus elettroniċi, meta mhux indirizzati fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(d) 

valutazzjoni tal-iżvilupp tas-swieq fi kriptoassi uniċi u mhux funġibbli u tat-trattament regolatorju xieraq ta’ tali kriptoassi, inkluża valutazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà tar-regolamentazzjoni tal-offerenti ta’ kriptoassi uniċi u mhux funġibbli kif ukoll fornituri ta’ servizzi relatati ma’ tali kriptoassi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.