|
+Artikolu 7 3. |
Artikolu 7 3.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li japplika għal awtorizzazzjoni għandu wkoll jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-AIF li jkun bisħiebu jimmaniġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu:
(a)
informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment inklużi t-tipi ta’ fondi sottostanti f’każ li l-AIF huwa fond ta’ fondi u l-politika tal-AIFM fir-rigward tal-użu tal-leverage finanzjarju, u l-profili tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIF li jimmaniġġa jew biħsiebu jimmaniġġa, inkluża l-informazzjoni dwar l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi li fihom tali AIFs huma stabbiliti jew mistennija li jkunu stabbiliti;
(b)
informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;
(c)
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni ta’ kull AIF li l-AIFM biħsiebu jimmaniġġa;
(d)
informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-ħatra tad-depożitarju f’konformità mal-Artikolu 21 għal kull AIF li l-AIFM bisħiebu jimmaniġġa;
(e)
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jimmaniġġa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|