|
+Artikolu 15 3. |
Artikolu 15 3.L-AIFMs għandhom tal-lanqas:
(a)
jimplimentaw proċess ta’ diliġenza dovuta xieraq, dokumentat u aġġornat regolarment meta jinvesti f’isem l-AIF, skont l-istrateġija tal-investiment, l-għanijiet u l-profil tar-riskju tal-AIF;
(b)
jiżguraw li r-riskji assoċjati ma’ kull pożizzjoni tal-investiment tal-AIF u l-effett totali tagħhom fuq il-portafoll tal-AIF jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immaniġġati u sorveljati kif jixraq fuq bażi kontinwa anke billi jintużaw proċeduri xierqa ta’ simulazzjoni ta’ kriżi;
(c)
jiżguraw li l-profil tar-riskju tal-AIF jikkorrispondi mad-daqs, l-istruttura tal-portafoll u l-istrateġiji u l-objettivi tal-investiment tal-AIF kif stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospetti u d-dokumenti tal-offerta tal-AIF;
(d)
għal attivitajiet li joriġinaw mis-self, jimplimentaw politiki, proċeduri u proċessi effettivi għall-għoti ta’ kreditu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta l-AIFMs jimmaniġġaw l-AIFs li jinvolvu ruħhom f’oriġinazzjoni tas-self, inkluż meta dawk l-AIFs jakkwistaw l-esponiment għas-self permezz ta’ partijiet terzi, huma għandhom jimplimentaw ukoll politiki, proċeduri u proċessi effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-portafoll tal-kreditu tagħhom, iżommu dawk il-politiki, il-proċeduri u l-proċessi aġġornati u effettivi u jirrieżaminawhom regolarment u mill-inqas darba fis-sena. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1), il-punt (b), ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), u fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-oriġinazzjoni tas-self mill-azzjonisti meta l-valur nozzjonali ta’ tali self ma jaqbiżx b’mod aggregat il-150 % tal-kapital tal-AIF. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|