+Artikolu 23 Żvelar lill-investituri
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
|
Artikolu 23 Żvelar lill-investituri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni Ewropea, jagħmel disponibbli lill-investituri tal-AIF, b’mod kif stipulat fir-regoli tal-fond jew l-strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF l-informazzjoni li ġejja qabel ma jinvestu fl-AIF, kif ukoll kwalunkwe bidliet materjali li jsirulha:
▼M9
(a)
l-isem tal-AIF, deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ investiment u l-objettivi tal-AIF, informazzjoni dwar fejn hu stabbilit kwalunkwe AIF prinċipali u fejn huma stabbiliti l-fondi sottostanti jekk l-AIF hu fond ta’ fondi, deskrizzjoni tat-tipi tal-assi li l-AIF jista’ jinvesti fihom, it-tekniki li jista’ juża u r-riskji kollha assoċjati, kwalunkwe restrizzjoni tal-investiment applikabbli, iċ-ċirkustanzi li fihom l-AIF jista’ juża leverage finanzjarju, it-tipi u s-sorsi ta’ leverage finanzjarju permessi u r-riskji assoċjati, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-leverage finanzjarju u kwalunkwe arranġament dwar l-użu mill-ġdid ta’ kollaterali u assi, u l-livell massimu ta’ leverage finanzjarju li l-AIFM ikun intitolat għalih biex juża f’isem l-AIF;
▼B
(b)
deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom l-AIF jista’ jibdel l-istrateġija tal-investiment jew il-politika tal-investiment tiegħu, jew it-tnejn li huma;
(c)
deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet legali prinċipali tar-relazzjoni kuntrattwali li jkun daħal fiha għall-fini tal-investiment, inkluż informazzjoni dwar ġurisdizzjoni, dwar il-liġi applikabbli u l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe strument legali li jipprovdi għar-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fuq it-territorju fejn l-AIF ikun stabbilit;
(d)
l-identità tal-AIFM, tad-depożitarju tal-AIF, l-awditur u kwalunkwe fornitur ta’ servizz ieħor u deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom u d-drittijiet tal-investituri;
(e)
deskrizzjoni ta’kif l-AIFM qed jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(7);
(f)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe funzjonijietmaniġerjali kif imsemmija fl-Anness I mill-AIFM u ta’ kwalunkwe funzjonijietta’ salvagwardja delegati mid-depożitarju, l-identifikazzjoni tad-delegat u kull kunflitt ta’ interess li jista’ jirriżulta minn tali delegi;
(g)
deskrizzjoni tal-proċedura ta’ valtuazzjoni tal-AIF u tal-metodoloġija tal-ipprezzar għall-valtuazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi użati fil-valtuazzjoni tal-assi mhux faċilment stimabbli skont l-Artikolu 19;
▼M9
(h)
deskrizzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-AIF, inklużi d-drittijiet tat-tifdija, kemm f’ċirkostanzi normali kif ukoll f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tal-arranġamenti ta’ tifdija eżistenti mal-investituri, u tal-possibbiltà tal-użu tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità magħżula skont l-Artikolu 16(2b), u tal-kundizzjonijiet għall-istess użu;
▼B
(i)
deskrizzjoni tat-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha u tal-ammonti massimi ta’ dawn li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri;
▼M9
(ia)
lista ta’ tariffi, imposti u spejjeż li jitħallsu mill-AIFM b’rabta mal-operat tal-AIF u li għandhom jiġu allokati direttament jew indirettament lill-AIF;
▼B
(j)
deskrizzjoni ta’ kif l-AIFM jiżgura trattament ġust għall-investituri u, kull meta investitur jirċievi trattament preferenzjali jew id-dritt li jikseb trattament preferenzjali, deskrizzjoni ta’ dak it-trattament preferenzjali, it-tip ta’ investituri li jiksbu tali trattament preferenzjali, kif ukoll, meta jkun rilevanti, ir-rabtiet legali jew ekonomiċi tagħhom mal-AIF jew l-AIFM;
(k)
l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22;
(l)
il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ u l-bejgħ ta’ unitajiet jew ishma;
(m)
l-aħħar valur nett tal-assi tal-AIF jew l-aħħar prezz tas-suq tal-unità jew is-sehem tal-AIF, skont l-Artikolu 19;
(n)
meta disponibbli, il-prestazzjoni storika tal-AIF;
(o)
l-identità tal-intermedjarju ewlieni u deskrizzjoni ta’ kull arranġament materjali tal-AIF mal-intermedjarji ewlenin tiegħu u l-mod kif inhuma ġestiti l-kunflitti ta’ interessi li għandhom x’jaqsmu magħhom, u id-dispożizzjoni fil-kuntratt mad-depożitarju dwar il-possibilità tat-trasferiment jew l-użu mill-ġdid tal-assi tal-AIF, u informazzjoni dwar kwalunkwe trasferiment ta’ responsabilità lill-intermedjarju ewlieni li tista’ teżisti;
(p)
deskrizzjoni ta’ kif u meta se tiġi żvelata l-informazzjoni rikjesta mill-paragrafi 4 u 5.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-AIFM għandhom jinfurmaw lill-investituri qabel ma jinvestu f’AIF b’kwalunkwe arranġament magħmul mid-depożitarju biex kuntrattwalment jinħall mir-responsabilità f’konformità mal-Artikolu 21(13). L-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-investituri dwar kull tibdil fir-rigward tar-responsabilità tad-depożitarju mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Fejn l-AIF hu meħtieġ jippubblika prospett f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE jew f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li hija addizzjonali għal dik li tinsab fil-prospett biss jeħtieġ li tkun żvelata b’mod separat jew bħala informazzjoni addizzjonali fil-prospett.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-AIFMs għandhom, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġaw, u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni, jiżvelaw perjodikament lill-investituri:
(a)
il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba n-natura illikwida tagħhom;
(b)
kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;
(c)
il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM biex jimmaniġġa dawk ir-riskji;
▼M9
(d)
il-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ self oriġinat;
(e)
fuq bażi annwali, it-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jkunu tħallsu direttament jew indirettament mill-investituri;
(f)
fuq bażi annwali, kwalunkwe impriża prinċipali, sussidjarja jew veikolu bi skop speċjali użat jew użata b’rabta mal-investimenti tal-AIF jew f’isem l-AIFM.
▼B
|
|
Artikolu 23 5.
|
AIFMs li jimmaniġġaw AIFs tal-UE li jużaw il-leverage finanzjarju jew li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni AIFs li jużaw l-leverage finanzjarju, għandhom, għal kull AIF ta’ dan it-tip, jiżvelaw fuq bażi regolari:
(a)
kull tibdil għal-livell massimu ta’ leverage finanzjarju li l-AIFM jista’ juża f’isem l-AIF, kif ukoll kwalunkwe dritt ta’ użu mill-ġdid ta’ kollaterali jew kwalunkwe garanzija mogħtija skont l-arranġament tal-leverage finanzjarju;
(b)
l-ammont totali ta’ leverage finanzjarju użat minn dak l-AIF.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw l-obbligi tal-iżvelar tal-AIFM imsemmijin fil-paragafi 4 u 5, inkluża l-frekwenza tal-iżvelar msemmija fil-paragrafu 5. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adattati għat-tip ta’ AIFM li għalihom ikunu applikabbli.
|
|
Artikolu 23 7.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli relatati mal-isem tal-AIF, l-AETS għandha sas-16 ta’ April 2026 tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom l-isem ta’ AIF ikun inġust, mhux ċar jew qarrieqi. Dawk il-linji gwida għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. Il-leġiżlazzjoni settorjali li tistabbilixxi standards għall-ismijiet tal-fondi jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi tieħu preċedenza fuq dawk il-linji gwida.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|