|
+Artikolu 23 4. |
Artikolu 23 4.L-AIFMs għandhom, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġaw, u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni, jiżvelaw perjodikament lill-investituri:
(a)
il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba n-natura illikwida tagħhom;
(b)
kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;
(c)
il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM biex jimmaniġġa dawk ir-riskji;
(d)
il-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ self oriġinat;
(e)
fuq bażi annwali, it-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jkunu tħallsu direttament jew indirettament mill-investituri;
(f)
fuq bażi annwali, kwalunkwe impriża prinċipali, sussidjarja jew veikolu bi skop speċjali użat jew użata b’rabta mal-investimenti tal-AIF jew f’isem l-AIFM. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|