+Artikolu 42 Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri mingħajr passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġati minn AIFM mhux tal-UE
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.

Artikolu 42 Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri mingħajr passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġati minn AIFM mhux tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.

Mingħajr ħsara għall-Artikoli 37, 39 u 40, l-Istati Membri jistgħu jippermettu AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġaw suġġett għal, mill-anqas il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-AIFM mhux tal-UE jikkonforma mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF kummerċjalizzat minnu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 26 sa 30 fejn AIF kummerċjalizzat minnha skont it-termini ta’ dan l-Artikolu jaqa’ fl-ambitu tad-deskrizzjoni tal-Artikolu 26(1. L-awtoritajiet kompetenti u l-investituri tal-AIF msemmija f’dawk l-Artikoli għandhom jitqiesu dawk tal-Istati Membri fejn l-AIFs huma kkumerċjalizzati;

(b) 

arranġamenti xierqa għal koperazzjoni xierqa għall-iskop tas-sorveljanza tar-riskji sistemiċi u skont l-istandards internazzjonali huma aċċettabbli l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huma kummerċjalizzati, safejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit bl-iskop li jkun żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jkun jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri relevanti li jwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva;

▼M9

(c) 

il-pajjiż terz fejn ikun stabbilit l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF mhux tal-UE ma jiġix identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(d) 

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF mhux tal-UE jkun iffirma ftehim mal-Istat Membru fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effettiv fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali, u dak il-pajjiż terz ma jissemmiex fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE tal-ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi għal finijiet tat-taxxa.

▼B

Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien raġonevoli, allura l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun hemm l-intenzjoni li ssir il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jista’ jirriferi l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 42 2.
L-Istati Membri jistgħu jimponu regoli aktar stretti fuq l-AIFM mhux tal-UE fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew l-ishma tal-AIF lill-investituri fit-territorju tagħhom għall-fini ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 42 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, il-miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
Artikolu 42 4.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.