|
+Artikolu 42 1. |
Artikolu 42 1.Mingħajr ħsara għall-Artikoli 37, 39 u 40, l-Istati Membri jistgħu jippermettu AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġaw suġġett għal, mill-anqas il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-AIFM mhux tal-UE jikkonforma mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF kummerċjalizzat minnu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 26 sa 30 fejn AIF kummerċjalizzat minnha skont it-termini ta’ dan l-Artikolu jaqa’ fl-ambitu tad-deskrizzjoni tal-Artikolu 26(1. L-awtoritajiet kompetenti u l-investituri tal-AIF msemmija f’dawk l-Artikoli għandhom jitqiesu dawk tal-Istati Membri fejn l-AIFs huma kkumerċjalizzati;
(b)
arranġamenti xierqa għal koperazzjoni xierqa għall-iskop tas-sorveljanza tar-riskji sistemiċi u skont l-istandards internazzjonali huma aċċettabbli l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huma kummerċjalizzati, safejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit bl-iskop li jkun żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jkun jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri relevanti li jwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva;
(c)
il-pajjiż terz fejn ikun stabbilit l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF mhux tal-UE ma jiġix identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849;
(d)
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF mhux tal-UE jkun iffirma ftehim mal-Istat Membru fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effettiv fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali, u dak il-pajjiż terz ma jissemmiex fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE tal-ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi għal finijiet tat-taxxa. Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien raġonevoli, allura l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun hemm l-intenzjoni li ssir il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jista’ jirriferi l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|