+Artikolu 45 Ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
---+Artikolu 45 9.
---+Artikolu 45 10.
---+Artikolu 45 11.
|
Artikolu 45 Ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Is-superviżjoni prudenzjali tal-AIFM għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM, kemm jekk l-AIFM jiġġestixxi u/jew jikkumerċjalizza l-AIFs fi Stat Membru ieħor kemm jekk le, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà għas-superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Is-superviżjoni tal-konformità tal-AIFM mal-Artikoli 12 u 14 għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM meta l-AIFM jiġġestixxi u/jew jikkummerċjalizza l-AIFs permezz ta’ fergħa f’dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 45 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM jistgħu jirrikjedu AIFM li jkun jiġġestixxi jew jikkummerċjalizza l-AIFs fit-territorju tiegħu, kemm jekk dan isir permezz ta’ fergħa u kemm jekk le, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-konformità tal-AIFM mar-regoli applikabbli li għalihom dawk l-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli. Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jimponi fuq l-AIFMs li għalihom huwa l-Istat Membri ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess regoli.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jaċċertaw li l-AIFM li jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIFs fit-territorju tiegħu, kemm jekk dan isir permezz ta’ fergħa u kemm jekk le, qed jikser waħda mir-regoli li għalihom huma responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-AIFM ikkonċernat itemm dak il-ksur u jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’dan.
|
|
Artikolu 45 5.
|
Jekk l-AIFM ikkonċernat jirrifjuta li jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti l-informazzjoni li taqa’ fir-responsabbiltà tagħhom, jew jonqos milli jieħu l-passi meħtieġa biex itemm il-ksur imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini dwar dan. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandu, mal-ewwel opportunità:
(a)
jieħu l-miżuri kollha xierqa ħalli jiżgura li l-AIFM ikkonċernat jagħti l-informazzjoni kollha rikjesta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont it-termini tal-paragrafu 3, jew itemm dak il-ksur msemmi fil-paragrafu 4;
(b)
jitlob l-informazzjoni neċessarju mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti f’ pajjiżi terzi.
In-natura tal-miżuri msemmija fil-punt (a) għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.
|
|
Artikolu 45 6.
|
Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domċilju tal-AIFM skont it-termini tal-paragrafu 5 jew minħabba li dawn il-miżuri jirriżultaw li huma inadegwati jew mhumiex disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-AIFM ikompli jirrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont il-paragrafu 3, jew jippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, imsemmija fil-paragrafu 4, fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, jieħdu miżuri adatti, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikoli 46 u 48, sabiex jevitaw jew jippenalizzaw iktar irregolaritajiet u, safejn ikun neċessarju, biex jevitaw lil AIFM milli jibda transazzjonijiet ulterjuri fl-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu. Fejn il-funzjoni mwettqa fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM hija l-ġestjoni tal-AIFs, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-AIFM biex jieqaf jamministra dawk l-AIFs.
|
|
Artikolu 45 7.
|
Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta’ AIFM għandhom bażijiet ċari u dimostrabbli sabiex jemmnu li l-AIFM ikun fi ksur tal-obbligi tiegħu taħt ir-regoli li għalihom ma jkunux responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità, huma għandhom jirriferu dawk is-sejbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM li għandu jieħu l-miżuri xierqa, inkluż, jekk ikun neċessarju, it-talba ta’ informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti f’pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 45 8.
|
Jekk, minkejja l-miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jew minħabba li tali miżuri jirriżulta li ma jkunux adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru ta’ domċilju tal-AIFM jonqos li jaġixxi f’qafas raġonevoli, l-AIFM jippersisti li jaġixxi b’mod li jkun kjarament preġudizzjevoli għall-interessi tal-investituri tal-AIF relevanti, l-istabilità finanzjarja jew l-integrità tas-suq fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM, jieħdu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa ħalli jipproteġu lill-investituri tal-AIF relevanti, l-istabilità finanzjarja u l-integrità tas-suq fl-Istat Membru ospitanti, inkluża l-possibilità ta’ prevenzjoni li l-AIFM ikkonċernat jikkommerċjalizza ulterjorment l-unitajiet jew ishma tal-AIF rilevanti fl-Istat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 45 9.
|
Il-proċedura mniżżla fil-paragrafi 7 u 8 għandha tapplika wkoll fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom bażijiet ċari u dimostrabbli għal nuqqas ta’ qbil mal-awtorizzazzjoni ta’ AIFM mhux tal-UE mill-Istat Membru ta’ riferenza.
|
|
Artikolu 45 10.
|
Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux ma’ xi waħda mill-miżuri meħudin mill-awtorità kompetenti skont it-termini tal-paragrafi 4 sa 9 għandhom iġibu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ASE (AETS), li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095./2010.
|
|
Artikolu 45 11.
|
Fejn applikabbli, l-AETS għandha tiffaċilita n-negozzjazzjoni u l-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni rikjesti minn din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|