+Artikolu 61 6.

Artikolu 61 6.

L-AIFMs li jimmaniġġaw l-AIFs li joriġinaw self u li kienu kkostitwiti qabel il-15 ta’ April 2024 għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-Artikolu 15(4a) sa (4d) u l-Artikolu 16(2a) sas-16 ta’ April 2029.

Sas-16 ta’ April 2029, meta l-valur nozzjonali tas-self oriġinat minn AIF lil kwalunkwe mutwatarju uniku, jew il-leverage ta’ AIF, ikun ogħla mil-limiti msemmija fl-Artikolu 15(4a) u (4b) rispettivament, l-AIFMs li jimmaniġġaw dawk l-AIFs ma għandhomx iżidu dak il-valur jew dak il-leverage. Meta l-valur nozzjonali tas-self oriġinat minn AIF lil kwalunkwe mutwatarju uniku, jew il-leverage ta’ AIF, ikun taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 15(4a) u (4b) rispettivament, l-AIFMs li jimmaniġġaw dawk l-AIFs ma għandhomx iżidu dak il-valur jew dak il-leverage ogħla minn dawk il-limiti.

L-AIFMs li jimmaniġġaw l-AIFs li joriġinaw self, li kienu kkostitwiti qabel il-15 ta’ April 2024 u li ma jiġbrux kapital addizzjonali wara l-15 ta’ April 2024 għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-Artikolu 15(4a) sa (4d) u l-Artikolu 16(2a) fir-rigward ta’ dawk l-AIFs.

Minkejja l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, AIFM li jimmaniġġa l-AIFs li joriginaw self u li kienu kkostitwiti qabel il-15 ta’ April 2024 jista’ jagħżel li jkun soġġett għall-Artikolu 15(4a) sa (4d) u l-Artikolu 16(2a), dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ikunu notifikati dwar dan.

Meta l-AIFs joriġinaw self qabel il-15 ta’ April 2024, l-AIFMs jistgħu jkomplu jimmaniġġaw dawn l-AIFs mingħajr ma jikkonformaw mal-Artikolu 15(3), il-punt (d), u l-Artikolu 15(4e), (4 g), (4h) u (4i) fir-rigward ta’ dak is-self.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.