|
L-AIFMs li jimmaniġġaw l-AIFs li joriġinaw self u li kienu kkostitwiti qabel il-15 ta’ April 2024 għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-Artikolu 15(4a) sa (4d) u l-Artikolu 16(2a) sas-16 ta’ April 2029. Sas-16 ta’ April 2029, meta l-valur nozzjonali tas-self oriġinat minn AIF lil kwalunkwe mutwatarju uniku, jew il-leverage ta’ AIF, ikun ogħla mil-limiti msemmija fl-Artikolu 15(4a) u (4b) rispettivament, l-AIFMs li jimmaniġġaw dawk l-AIFs ma għandhomx iżidu dak il-valur jew dak il-leverage. Meta l-valur nozzjonali tas-self oriġinat minn AIF lil kwalunkwe mutwatarju uniku, jew il-leverage ta’ AIF, ikun taħt il-limiti msemmija fl-Artikolu 15(4a) u (4b) rispettivament, l-AIFMs li jimmaniġġaw dawk l-AIFs ma għandhomx iżidu dak il-valur jew dak il-leverage ogħla minn dawk il-limiti. L-AIFMs li jimmaniġġaw l-AIFs li joriġinaw self, li kienu kkostitwiti qabel il-15 ta’ April 2024 u li ma jiġbrux kapital addizzjonali wara l-15 ta’ April 2024 għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-Artikolu 15(4a) sa (4d) u l-Artikolu 16(2a) fir-rigward ta’ dawk l-AIFs. Minkejja l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, AIFM li jimmaniġġa l-AIFs li joriginaw self u li kienu kkostitwiti qabel il-15 ta’ April 2024 jista’ jagħżel li jkun soġġett għall-Artikolu 15(4a) sa (4d) u l-Artikolu 16(2a), dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ikunu notifikati dwar dan. Meta l-AIFs joriġinaw self qabel il-15 ta’ April 2024, l-AIFMs jistgħu jkomplu jimmaniġġaw dawn l-AIFs mingħajr ma jikkonformaw mal-Artikolu 15(3), il-punt (d), u l-Artikolu 15(4e), (4 g), (4h) u (4i) fir-rigward ta’ dak is-self.
|