+Artikolu 67 Att iddelegat dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 37 sa 41
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
---+Artikolu 67 6.
---+Artikolu 67 7.

Artikolu 67 Att iddelegat dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 37 sa 41

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 67 1.

Sat-22 ta’ Lulju 2015, l-AETS għandha tagħti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) 

opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport għal AIFM tal-UE li jkun jimmaniġġa u/jew jikkummerċjalizza AIFs tal-UE skont it-termini tal-Artikoli 32 u 33 u dwar il-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli stipulati fl-Artikoli 36 u 42; u

(b) 

parir dwar l-applikazzjoni tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-regoli stipulati fl-Artikolu 35, u l-Artikoli 37 sa 41.

Artikolu 67 2.

L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha fuq l-applikazzjoni tal-passaport Ewropew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri inter alia dwar:

(a) 

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-passaport Ewropew għal AIFMs tal-UE li jkun jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIFs tal-UE;

(i) 

l-użu li sar mill-passaport,

(ii) 

il-problemi misjubin f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

— 
Kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti,
— 
Funzjonament effettiv tas-sistema ta’ notifika,
— 
Il-protezzjoni tal-investitur,
— 
Medjazzjoni mill-AETS, inkluż il-għadd ta’ każijiet u l-effikaċja tal-medjazzjoni,
(iii) 

L-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS;

(b) 

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:

(i) 

L-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,

(ii) 

il-konformità ta’ AIFM mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,

(iii) 

l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,

(iv) 

kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,

(v) 

kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva.

(c) 

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd). jew kull diffikultà ġenerali jew speċifika li l-AIFMs tal-UE jistaw jiltaqaw magħha fl-istabbilment jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mmanniġġjat mill-istess AIFMs f’pajjiż terz.

Artikolu 67 3.
Għal dak il-fini, mid-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali neċessarju għall-konformità ma’ din id-Direttiva u sakemm ikun hemm il-ħruġ tal-opinjoni tal-AETS kif msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħtu lill-AETS kull bażi ta’ kull kwart ta’ sena l-informazzjoni dwar l-AIFMs li qed jimmaniġġaw u/jew jikkumerċjalizzaw l-AIFs taħt is-superviżjoni tagħhom, kemm bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport previst f’din id-Direttiva, kemm tar-reġimi nazzjonali tagħhom u bl-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 67 4.
Fejn l-AETS tqis li ma hemm l-ebda ostaklu sinifikattiv għar-rigward tal-protezzjoni tal-investituri, tat-tħarbit tas-suq, tal-konkorrenza u tal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi, li jimpedixxu l-applikazzjoni tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri skont it-termini tar-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41, għandha toħroġ parir pożittiva f’dan ir-rigward.
Artikolu 67 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, il-miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 2.
Artikolu 67 6.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet il-parir u l-opinjoni pożittivi tal-AETS u b’kunsiderazzjoni tal-kriterji elenkati fil-paragrafu 2, u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, skont l-Artikolu 56u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 57 u 58, billi tispeċifika d-data meta r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għanhom jibdew japplikaw fl-Istati Membri kollha.

Fejn ikun hemm oġġezzjoni għall-att iddelegat msemmi fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tadotta mill-ġdid l-att iddelegat li fl-ambitu tiegħu r-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandhom isiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet msemmijn fl-Artikoli 57 u 58, u fi stadju ulterjuri li jkun xieraq, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi.

Artikolu 67 7.
Jekk l-AETS ma tkunx ħarġet il-parir tagħha fit-terminu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-parir jingħata f’terminu ġdid.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.