|
+Artikolu 68 2. |
Artikolu 68 2.L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 inter alia fuq:
(a)
rigward il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIF fl-Unjoni;
(i)
L-użu li sar mill-passaport,
(ii)
Il-problemi fir-riward ta’:
—
kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti,
—
funzjonament effettiv tas-sistema ta’ notifika,
—
l-indikazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza,
—
L-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni skont it-termini ta’ din id-Direttiva ma huwa mfixkel mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz dwar l-AIFMs, u lanqas mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiż terz,
—
il-protezzjoni tal-investitur,
—
l-aċċess għall-investituri fl-Unjoni,
—
l-impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżvilppaw,
—
medjazzjoni mill-AETS, inkluż il-għadd ta’ każijiet u l-effikaċja tal-medjazzjoni,
(iii)
In-negozjazzjoni, il-konklużjoni, l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni rikjesti,
(iv)
l-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS,
(v)
ir-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 38;
(b)
f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:
(i)
l-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,
(ii)
il-konformità ta’ AIFMs mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,
(iii)
l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,
(iv)
kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,
(v)
kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva;
(c)
fir-rigward tal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd) u kull effett negattiv potenzjali fuq l-aċċess għall-investituri jew l-investimetn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;
(d)
valutazzjoni kwantitattiva li tidentifika l-għadd ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom hemm stabbilit AIFM li jikkummerċjalizza AIF fi Stat Membru jew bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport stipulat fl-Artikolu 40 jew tar-reġimi nazzjonali stipulati fl-Artikolu 42. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|