+Artikolu 68 Att iddelegat dwar it-terminazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 u 42
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
---+Artikolu 68 5.
---+Artikolu 68 6.
---+Artikolu 68 7.

Artikolu 68 Att iddelegat dwar it-terminazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 u 42

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1.

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 67(6) li skont it-termini tiegħu, r-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41 jkunu saru applikabbli fl-Istati Membri kollha, l-AETS għandha tagħti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni:

(a) 

opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFMs tal-UE minn AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni skont it-termini tal-Artikolu 35 u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġaw u/jew jikkummerċjalizzaw l-AIF fl-Unjoni skont it-termini tal-Artikoli 37 sa 41, u fil-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli kif stipulat fil-Artikoli 36 u 42; u

(b) 

parir dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 b’mod parallel mal-eżistenza tal-passaport Ewropew kif stipulat fir-regoli stipulatifl-Artikoli 35, 37 sa 41.

Artikolu 68 2.

L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 inter alia fuq:

(a) 

rigward il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIF fl-Unjoni;

(i) 

L-użu li sar mill-passaport,

(ii) 

Il-problemi fir-riward ta’:

— 
kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti,
— 
funzjonament effettiv tas-sistema ta’ notifika,
— 
l-indikazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza,
— 
L-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni skont it-termini ta’ din id-Direttiva ma huwa mfixkel mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz dwar l-AIFMs, u lanqas mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiż terz,
— 
il-protezzjoni tal-investitur,
— 
l-aċċess għall-investituri fl-Unjoni,
— 
l-impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżvilppaw,
— 
medjazzjoni mill-AETS, inkluż il-għadd ta’ każijiet u l-effikaċja tal-medjazzjoni,
(iii) 

In-negozjazzjoni, il-konklużjoni, l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni rikjesti,

(iv) 

l-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS,

(v) 

ir-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 38;

(b) 

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:

(i) 

l-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,

(ii) 

il-konformità ta’ AIFMs mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,

(iii) 

l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,

(iv) 

kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,

(v) 

kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva;

(c) 

fir-rigward tal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd) u kull effett negattiv potenzjali fuq l-aċċess għall-investituri jew l-investimetn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;

(d) 

valutazzjoni kwantitattiva li tidentifika l-għadd ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom hemm stabbilit AIFM li jikkummerċjalizza AIF fi Stat Membru jew bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport stipulat fl-Artikolu 40 jew tar-reġimi nazzjonali stipulati fl-Artikolu 42.

Artikolu 68 3.
Għal dak il-fini, minn mindu jkun hemm id-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 67(6) u sakemm ikun hemm il-ħruġ tal-opinjoni tal-AETS msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull kwart ta’ sena, jagħtu lill-AETS l-informazzjoni dwar l-AIFMs li qed jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza l-AIFs taħt is-superviżjoni tagħhom, kemm bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport stipulat f’din id-Direttiva, kemm tar-reġimi nazzjonali tagħhom.
Artikolu 68 4.
Fil-każ li l-AETS tqis li ma hemmx ostakli sinifikattivi dwar il-protezzjoni tal-investituri, it-tħarbit tas-suq, il-konkorrenza u l-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi, l-impediment tat-terminazzjoni tar-reġimi nazzjonali skont it-termini tal-Artikoli 36 u 42 u ż-żamma l-passaport Ewropew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Unjoni u l-ġestjoni u/jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFM mhux tal-UE fl-Unjoni skont ir-regoli kontenuti fl-Artikolu 35 u l-Artikoli 37 sa 41 bħala l-uniku reġim possibbli għal tali attivitajiet mill-AIFM relevanti fl-Unjoni, għandha toħroġ parir pożittiv f’dan ir-rigward.
Artikolu 68 5.
Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, il-miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 2.
Artikolu 68 6.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet parir u opinjoni pożittivi mill-AETS u billi tqis il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi, skont it-termini tal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 57 u 58, billi tkun speċifikata d-dat meta r-reġimi nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 36 u 42 għandhom ikunu tterminati, u r-reġim tal-passaport previst fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandha jsir l-uniku reġim tassattiv applikabbli fl-Istati Membri.

Jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-att iddelegat msemmi fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tadotta mill-ġdid att iddelegat li fl-ambitu tiegħu r-reġimi nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 36 u 42 għandhom ikunu tterminati u r-reġim tal-passaport previst fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandhom isiru l-uniku reġim tassattiv applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet msemmijn fl-Artikoli 57 u 58, u fi stadju ulterjuri li jkun xieraq, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi.

Artikolu 68 7.
Jekk l-AETS ma tkunx ħarġet il-parir tagħha fit-terminu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-parir jingħata f’terminu ġdid.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.