+Artikolu 69 Reviżjoni
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.

Artikolu 69 Reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.

Sat-22 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet ma’ awtoritajiet kompetenti, tirrivedi l-applikazzjoni u l-ambitu ta’ din id-Direttiva. Dik ir-reviżjoni għandha tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva, l-impatt tagħha fuq l-investituri, l-AIF jew l-AIFMs, fl-Unjoni pajjiżi terzi, u l-punt sa liema ntlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva kif ukoll, jekk hu meħtieġ, tipproponi emendi xierqa. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksub fl-applikazzjoni tagħhom.

(a) 

il-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIsF mhux tal-UE fl-Istat Membru li fih iseħħ permezz ta’ reġimi nazzjonali;

(b) 

il-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs mhux tal-UE ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru li fih iseħħ permezz ta’ reġimi nazzjonali;

(c) 

il-ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFMs awtorizzat skont it-termini ta’ din id-Direttiva ta’ AIFs fl-Unjoni li jseħħ permezz ta’ reġimi ta’ passaport previsti f’din id-Direttiva;

(d) 

il-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs fl-Unjoni minn jew f’isem persuni jew entitajiet oħrajn li ma jkunux l-AIFM;

(e) 

l-investiment fl-AIFs minn jew f’isem l-investituri professjonali Ewropej;

(f) 

l-impatt tar-regoli fuq id-depożitarji stipulati fl-Artikolu 21 dwar is-suq tad-depożitarji fl-Unjoni;

(g) 

l-impatt tar-rekwiżiti ta’ trasparenza u rapportaġġ stipulati fl-Artikoli 22 sa 24, 28 u 29, dwar il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku;

(h) 

l-impatt avvers potenzjali fuq l-investituri mhux professjonali;

(i) 

l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-funzjonament u l-fattibilità tal-fondi ta’ ekwità privata u venture capital;

(j) 

l-impatt ta’ din id -Direttiva fuq l-aċċess għall-investituri fl-Unjoni;

(k) 

l-impatt ta’ din id -Direttiva fuq l-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;

(l) 

l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-protezzjoni tal-kumpanniji jew emittenti mhux kwotati kif stipulat fl-Artikoli 26 sa 30 ta’ din id-Direttiva u dwar opportunitajiet indaqs għal kulħadd bejn l-AIFs u investituri oħrajn wara l-akkwiżizzjoni ta’ azzjonijiet jew kontroll maġġoritarji f’tali kumpaniji jew emittenti mhux kwotati.

Meta jsir rieżami tal-kummerċjalizzazzjoni u/jew ġestjoni tal-AIF msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk ikunx xieraq li l-AETS tkun fdata b’aktar responsabbiltajiet superviżorji f’dan il-qasam.

Artikolu 69 2.
Għal finijiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kull sena, informazzjoni dwar l-AIFMs li qed jimmaniġġaw u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs li jkun taħt is-superviżjoni tagħhom, kemm taħt ir-reġim tal-passaport previst f’din id-Direttiva, kemm taħt ir-reġimi nazzjonali tagħom, b’indikazzjoni tad-data li fiha r-reġim tal-passaport ġie traspost u, jekk rilevanti, applikat fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

L-AETS għandha tagħti lill-Kummissjoni l-informazjzoni dwar l-AIFM kollha mhux tal-UE li jkunu ġew awtorizzati jew talbu awtorizzazzjoni skont it-termini tal-Artikolu 37.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tinkludi:

(a) 

l-informazzjoni dwar fejn huwa stabbilit l-AIFMs konċernat;

(b) 

jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni tal-AIFs tal-UE mmaniġġat jew kkumerċjalizzat minnhom;

(c) 

jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFMs tal-UE imma mhux kkummerċjalizzat fl-Unjoni;

(d) 

jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni ta’ AIF mhux tal-UE mmaniġġat fl-Unjoni;

(e) 

l-informazzjoni tar-reġim applikabbli, kemm nazzjonali u kemm tal-Unjoni li fl-ambitu tiegħu l-AIFMs relevanti jkunu qed jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom; u

(f) 

kull informazzjoni oħra relevanti għall-komprensjoni ta’ kif il-ġestjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mill-AIFMs fl-Unjoni topera fil-prattika.

Artikolu 69 3.
Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1,għanu jqis b’mod dovut ukoll l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u d-diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 69 4.
Wara l-finalizzazzjoni ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien mhux ġustifikat tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti, inklużi emendi għal din id-Direttiva b’ kont meħud tal-objettivi tad-Direttiva, l-effetti tagħha fuq il-protezzjoni tal-investituri, it-tħarbit tas-suq u l-konkorrenza, il-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi u l-impatti potenzjali fuq l-investituri, l-AIFs jew l-AIFMs, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.