+Artikolu 69-a 1.

Artikolu 69-a 1.

Sas-16 ta’ April 2029 u wara r-rapport prodott mill-AETS f’konformità mal-Artikolu 7(8), il-Kummissjoni għandha tibda rieżami tal-funzjonament tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom. Dak ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:

(a) 

l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tad-disponibbiltà u l-attivazzjoni tal-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità mill-AIFMs;

(b) 

l-effettività tar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tal-AIFM fl-Artikoli 7 u 8 fir-rigward tar-reġim ta’ delega stabbilit fl-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħolqien ta’ entitajiet kaxxa tal-ittri fl-Unjoni;

(c) 

l-adegwatezza tar-rekwiżiti applikabbli għall-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li joriġinaw self stabbiliti fl-Artikolu 15 u l-Artikolu 16(2a) u (2f);

(d) 

il-funzjonament tad-deroga li tippermetti l-ħatra ta’ depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor kif stipulat fl-Artikolu 21(5a) u l-benefiċċji u r-riskji potenzjali, inkluż l-impatt fuq il-protezzjoni tal-investituri, fuq l-istabbiltà finanzjarja, fuq l-effiċjenza superviżorja u fuq id-disponibbiltà tal-għażliet tas-suq, tal-emendar tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-deroga f’konformità mal-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali;

(e) 

l-adegwatezza tar-rekwiżiti applikabbli għall-AIFMs li jimmaniġġaw AIF fuq l-inizjattiva ta’ parti terza kif stabbilit fl-Artikolu 14(2a) u l-ħtieġa għal salvagwardji addizzjonali biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti, u, b’mod partikolari, jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-kunflitti ta’ interess humiex effettivi u xierqa sabiex jidentifikaw, jimmaniġġaw, jimmonitorjaw u, fejn applikabbli, jiżvelaw kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mir-relazzjoni bejn l-AIFM u l-parti terza inizjatur;

(f) 

l-adegwatezza u l-impatt fuq il-protezzjoni tal-investituri tal-ħatra ta’ tal-anqas direttur mhux eżekuttiv jew indipendenti wieħed għall-korp ta’ tmexxija tal-AIFM, fejn jimmaniġġa AIFs ikkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.