+Artikolu 16 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta d-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6

Artikolu 16 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta d-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Meta ma tkunx inkisbet data personali mis-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur;

(b)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

(c)

il-finijiet tal-ipproċessar li għalihom hija intenzjonata d-data personali kif ukoll il-bażi legali għall-ipproċessar;

(d)

il-kategoriji tad-data personali inkwistjoni;

(e)

ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-data personali, jekk jeżistu;

(f)

meta jkun applikabbli, il-fatt li l-kontrollur ikollu l-ħsieb li jittrasferixxi data personali lil riċevitur f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-eżistenza jew l-assenza ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni, jew fil-każ ta’ trasferimenti msemmija fl-Artikolu 48, referenza għas-salvagwardji xierqa jew adatti u l-mezzi biex tinkiseb kopja tagħhom jew fejn dawn ikunu saru disponibbli.

Artikolu 16 2

2.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data l-informazzjoni ulterjuri li ġejja, meħtieġa biex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data:

(a)

il-perjodu li matulu d-data personali tkun se tinħażen, jew jekk dak ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dak il-perjodu;

(b)

l-eżistenza tad-dritt li jitlob mingħand il-kontrollur aċċess jew rettifika jew tħassir ta’ data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar li jikkonċerna lis-suġġett tad-data jew, meta jkun applikabbli, id-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data;

(c)

meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (d) tal-Artikolu 5(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 10(2), l-eżistenza tad-dritt li jiġi rtirat il-kunsens fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tiġi affettwata l-legalità tal-ipproċessar abbażi ta’ kunsens qabel l-irtirar tiegħu;

(d)

id-dritt ta’ tressiq ta’ lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

(e)

minn liema sors toriġina d-data personali, u meta jkun applikabbli jekk oriġinatx minn sorsi aċċessibbli għall-pubbliku;

(f)

l-eżistenza ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili, msemmi fl-Artikolu 24(1) u (4) u għall-inqas f’dawk il-każijiet, l-informazzjoni importanti dwar il-loġika involuta, kif ukoll is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ tali pproċessar għas-suġġett tad-data.

Artikolu 16 3

3.   Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

fi żmien perjodu raġonevoli wara l-kisba tad-data personali, iżda mhux aktar tard minn xahar, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tiġi pproċessata d-data personali;

(b)

jekk id-data personali tkun se tintuża għal komunikazzjoni mas-suġġett tad-data, sa mhux aktar tard mill-mument tal-ewwel komunikazzjoni lil dak is-suġġett tad-data; jew

(c)

jekk tkun prevista divulgazzjoni lil riċevitur ieħor, mhux aktar tard minn meta d-data personali tkun ġiet żvelata l-ewwel darba.

Artikolu 16 4

4.   Meta l-kontrollur ikollu l-intenzjoni li jipproċessa d-data personali ulterjorment għal fini differenti minn dak li għalih tkun inkisbet id-data personali, il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data, qabel dak l-ipproċessar ulterjuri, informazzjoni dwar dak il-fini l-ieħor u kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 16 5

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw meta u sa fejn:

(a)

is-suġġett tad-data diġà jkollu l-informazzjoni;

(b)

il-forniment ta’ tali informazzjoni jkun impossibbli li jseħħ jew ikun jeħtieġ sforz sproporzjonat; b’mod partikolari għall-ipproċessar għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika jew sa fejn l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun se jagħmel impossibbli jew ixekkel serjament l-ilħuq tal-objettivi ta’ dak l-ipproċessar;

(c)

il-kisba jew id-divulgazzjoni tkun stabbilita b’mod espliċitu mil-liġi tal-Unjoni, li jipprevedi miżuri xierqa biex jiġu protetti l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; jew

(d)

meta d-data personali jkollha tibqa’ kunfidenzjali soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali rregolat mil-liġi tal-Unjoni, inkluż obbligu statutorju ta’ segretezza.

Artikolu 16 6

6.   Fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5, il-kontrollur għandu jieħu miżuri xierqa biex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, fosthom billi jqiegħed l-informazzjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.