+Artikolu 31 Reġistri tal-attivitajiet ta’ pproċessar
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4
---+Artikolu 31 5

Artikolu 31 Reġistri tal-attivitajiet ta’ pproċessar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1

1.   Kull kontrollur għandu jżomm rekord tal-attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Dak ir-reġistru għandu jkollu l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u, fejn applikabbli, il-proċessur u l-kontrollur konġunt;

(b)

il-finijiet tal-ipproċessar;

(c)

deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data u tal-kategoriji ta’ data personali;

(d)

il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata jew se tiġi żvelata d-data personali, inklużi riċevituri fl-Istati Membri, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)

meta jkun applikabbli, trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u d-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

(f)

fejn ikun possibbli, il-limiti ta’ żmien ippjanati għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ data;

(g)

fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 33.

Artikolu 31 2

2.   Kull proċessur għandu jżomm reġistru tal-kategoriji kollha ta’ attivitajiet ta’ pproċessar imwettqa f’isem kontrollur, li jkun fih:

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-proċessur jew proċessuri u ta’ kull kontrollur li l-proċessur qed jaġixxi f’ismu u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

(b)

il-kategoriji tal-ipproċessar imwettaq f’isem kull kontrollur;

(c)

meta jkun applikabbli, trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u d-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

(d)

meta jkun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 33.

Artikolu 31 3

3.   Ir-reġistru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun bil-miktub, inkluż f’forma elettronika.

Artikolu 31 4

4.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jagħmlu r-rekord disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba.

Artikolu 31 5

5.   Sakemm dan ma jkunx opportun meta wieħed iqis id-daqs tal-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom iżommu r-rekords tagħhom tal-attivitajiet ta’ pproċessar f’reġistru ċentrali. Huma għandhom jagħmlu r-reġistru aċċessibbli pubblikament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.