+Artikolu 34 Notifika ta’ ksur ta’ data personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
---+Artikolu 34 4
---+Artikolu 34 5
---+Artikolu 34 6
|
Artikolu 34 Notifika ta’ ksur ta’ data personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-kontrollur għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, u, fmeta jkun fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ħlief jekk il-ksur ta’ data personali x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Meta n-notifika lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma ssirx fi żmien 72 siegħa, hija għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed wara li jsir konxju ta’ ksur ta’ data personali.
|
|
Artikolu 34 3
|
3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:
|
(a)
|
tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta’ data personali, inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta’ data personali rreġistrata kkonċernata;
|
|
(b)
|
tikkomunika l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;
|
|
(c)
|
tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta’ data personali;
|
|
(d)
|
tiddeskrivi l-miżuri meħuda jew li huwa propost li jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta’ data personali, inkluż, fejn xieraq, miżuri biex itaffi l-effetti ħżiena possibbli.
|
|
|
Artikolu 34 4
|
4. Meta, u sa fejn, mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’fażijiet mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 34 5
|
5. Il-kontrollur għandu jinforma lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data dwar il-ksur ta’ data personali.
|
|
Artikolu 34 6
|
6. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta’ data personali, inklużi l-fatti relattivi għall-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|