1. Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-kontrollur għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, u, fmeta jkun fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ħlief jekk il-ksur ta’ data personali x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Meta n-notifika lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma ssirx fi żmien 72 siegħa, hija għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.