+Artikolu 45 Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
|
Artikolu 45 Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1
|
1. L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
li jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur u lill-impjegati li jagħmlu l-ipproċessar dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u skont dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
|
|
(b)
|
li jiżgura b’mod indipendenti l-applikazzjoni interna ta’ dan ir-Regolament; li jissorvelja l-konformità ma’ dan ir-Regolament, ma’ liġi oħra applikabbli tal-Unjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data u mal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal involut fl-attivitajiet ta’ pproċessar, u l-verifiki relatati;
|
|
(c)
|
li jiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
li jipprovdi pariri meta mitlub fir-rigward tal-ħtieġa ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali skont l-Artikoli 34 u 35;
|
|
(e)
|
li jipprovdi pariri meta mitlub fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u jissorvelja t-twettiq tagħha skont l-Artikolu 39 u li jikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’każ ta’ dubju dwar il-bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data;
|
|
(f)
|
li jagħti pariri meta mitlub fir-rigward tal-ħtieġa ta’ konsultazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 40; li jikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’każ ta’ dubju dwar il-bżonn ta’ konsultazzjoni minn qabel;
|
|
(g)
|
li iwieġeb għat-talbiet mingħand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; fi ħdan l-isfera tal-kompetenza tiegħu, jikkoopera u jikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq talba ta’ dan tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu;
|
|
(h)
|
li jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data ma jiġux affettwati ħażin mill-attivitajiet ta’ pproċessar.
|
|
|
Artikolu 45 2
|
2. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-kontrollur u lill-proċessur għat-titjib prattiku tal-protezzjoni tad-data u jagħtihom pariri fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-kontrollur jew tal-proċessur, tal-kumitat tal-persunal ikkonċernat jew ta’ kwalunkwe individwu, jista’ jinvestiga kwistjonijiet u okkorrenzi direttament relatati mal-kompiti tiegħu li jsir jaf bihom, u jirrapporta lura lill-persuna li kkummissjonat l-investigazzjoni jew lill-kontrollur jew lill-proċessur.
|
|
Artikolu 45 3
|
3. Regoli ta’ implimentazzjoni ulterjuri dwar l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandhom jiġu adottati minn kull istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom b’mod partikolari jikkonċernaw il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|