1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bi ftehim komuni għal mandat ta’ ħames snin, fuq il-bażi ta’ lista mfassla mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal kandidati. Is-sejħa għal kandidati għandha tippermetti lill-partijiet interessati kollha minn madwar l-Unjoni sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-lista tal-kandidati mfassla mill-Kummissjoni għandha tkun pubblika u għandha tikkonsisti f’minn tal-anqas tliet kandidati. Fuq il-bażi tal-lista mfassla mill-Kummissjoni, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jiddeċiedi li jorganizza seduta ta’ smigħ sabiex ikun jista’ jesprimi preferenza.