+Artikolu 53 Ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
---+Artikolu 53 1
---+Artikolu 53 2
---+Artikolu 53 3
---+Artikolu 53 4
---+Artikolu 53 5
---+Artikolu 53 6
---+Artikolu 53 7
|
Artikolu 53 Ħatra tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1
|
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaħtru lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bi ftehim komuni għal mandat ta’ ħames snin, fuq il-bażi ta’ lista mfassla mill-Kummissjoni wara sejħa pubblika għal kandidati. Is-sejħa għal kandidati għandha tippermetti lill-partijiet interessati kollha minn madwar l-Unjoni sabiex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom. Il-lista tal-kandidati mfassla mill-Kummissjoni għandha tkun pubblika u għandha tikkonsisti f’minn tal-anqas tliet kandidati. Fuq il-bażi tal-lista mfassla mill-Kummissjoni, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jiddeċiedi li jorganizza seduta ta’ smigħ sabiex ikun jista’ jesprimi preferenza.
|
|
Artikolu 53 2
|
2. Il-lista ta’ kandidati msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun magħmula minn persuni li l-indipendenza tagħhom ma hija ddubitata bl-ebda mod u li huma rikonoxxuti bħala persuni b’għarfien espert fil-protezzjoni tad-data u bl-esperjenza u bil-ħiliet meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 53 3
|
3. Il-mandat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun jista’ jiġġedded darba.
|
|
Artikolu 53 4
|
4. Id-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jintemmu fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
|
(a)
|
jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiġi sostitwit;
|
|
(b)
|
jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jirreżenja;
|
|
(c)
|
jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jingħata s-sensja jew ikun mitlub jirtira b’mod obbligatorju.
|
|
|
Artikolu 53 5
|
5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jingħata s-sensja jew jiċċaħħad mid-dritt tiegħu għal pensjoni jew għal benefiċċji oħrajn minflok din mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet rikjesti għat-twettiq ta’ dmirijietu jew jekk ikun ħati ta’ mġiba ħażina serja.
|
|
Artikolu 53 6
|
6. F’każ ta’ sostituzzjoni normali jew ta’ riżenja volontarja, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data xorta waħda għandu jibqa’ fil-kariga tiegħu sakemm jiġi sostitwit.
|
|
Artikolu 53 7
|
7. L-Artikoli 11 sa 14 u 17 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|