+Artikolu 58 Setgħat
---+Artikolu 58 1
---+Artikolu 58 2
---+Artikolu 58 3
---+Artikolu 58 4
---+Artikolu 58 5
|
Artikolu 58 Setgħat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1
|
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħat investigattivi li ġejjin:
|
(a)
|
li jordna lill-kontrollur u lill-proċessur jipprovdu kwalunkwe informazzjoni li jirrikjedi għat-twettiq tal-kompiti tiegħu;
|
|
(b)
|
li jwettaq investigazzjonijiet fil-forma ta’ awditi tal-protezzjoni tad-data;
|
|
(c)
|
li jinnotifika lill-kontrollur jew il-proċessur dwar ksur allegat ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
li jikseb, mill-kontrollur u mill-proċessur, aċċess għad-data personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu;
|
|
(e)
|
li jikseb aċċess għal kwalunkwe bini tal-kontrollur u l-proċessur, inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz għall-ipproċessar tad-data, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
|
Artikolu 58 2
|
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħat korrettivi li ġejjin:
|
(a)
|
li joħroġ twissijiet lil kontrollur jew proċessur li attivitajiet ta’ pproċessar intenzjonati x’aktarx jiksru dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
li jċanfar kontrollur jew proċessur meta l-attivitajiet ta’ pproċessar ikunu kisru dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
li jirreferi l-kwistjonijiet lill-kontrollur jew lill-proċessur ikkonċernat u, jekk hemm bżonn, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
|
|
(d)
|
li jordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-data li jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament;
|
|
(e)
|
li jordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jagħmel attivitajiet ta’ pproċessar konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, meta jkun xieraq, b’mod speċifiku u f’perjodu ta’ żmien speċifiku;
|
|
(f)
|
li jordna lill-kontrollur jikkomunika ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data;
|
|
(g)
|
li jimponi limitazzjoni temporanja jew definittiva inkluża projbizzjoni fuq l-ipproċessar;
|
|
(h)
|
li jordna r-rettifika jew it-tħassir ta’ data personali jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar skont l-Artikoli 18, 19 u 20 u n-notifika ta’ tali azzjonijiet lir-riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata d-data personali skont l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 21;
|
|
(i)
|
li jimponi multa amministrattiva skont l-Artikolu 66 f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni ma’ waħda mill-miżuri msemmijin fil-punti (d) sa (h) u (j) ta’ dan il-paragrafu, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali;
|
|
(j)
|
li jordna s-sospensjoni ta’ flussi ta’ data lejn riċevitur fi Stat Membru, f’pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali.
|
|
|
Artikolu 58 3
|
3. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħat ta’ awtorizzazzjoni u ta’ konsultazzjoni li ġejjin:
|
(a)
|
li jagħti pariri lis-suġġetti tad-data fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom;
|
|
(b)
|
li jagħti parir lill-kontrollur f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 40, u f’konformità mal-Artikolu 41(2);
|
|
(c)
|
li joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba, opinjonijiet għal istituzzjonijiet u għal korpi tal-Unjoni u għall-pubbliku fuq kwalunkwe suġġett relatat mal-protezzjoni ta’ data personali;
|
|
(d)
|
li jadotta l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 29(8) u fil-punt (c) tal-Artikolu 48(2);
|
|
(e)
|
li jawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 48(3);
|
|
(f)
|
li jawtorizza l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 48(3);
|
|
(g)
|
li jawtorizza attivitajiet ta’ pproċessar skont atti ta’ implimentazzjoni adottati taħt l-Artikolu 40(4).
|
|
|
Artikolu 58 4
|
4. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħa li jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati u li jintervjeni f’kawżi miftuħin quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 58 5
|
5. L-eżerċitar tas-setgħat ikkonferiti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inklużi r-rimedju ġudizzjarju effettiv u l-proċess ġust, stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|