+Artikolu 58 2

Artikolu 58 2

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu s-setgħat korrettivi li ġejjin:

(a)

li joħroġ twissijiet lil kontrollur jew proċessur li attivitajiet ta’ pproċessar intenzjonati x’aktarx jiksru dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b)

li jċanfar kontrollur jew proċessur meta l-attivitajiet ta’ pproċessar ikunu kisru dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

(c)

li jirreferi l-kwistjonijiet lill-kontrollur jew lill-proċessur ikkonċernat u, jekk hemm bżonn, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(d)

li jordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-data li jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament;

(e)

li jordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jagħmel attivitajiet ta’ pproċessar konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, meta jkun xieraq, b’mod speċifiku u f’perjodu ta’ żmien speċifiku;

(f)

li jordna lill-kontrollur jikkomunika ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data;

(g)

li jimponi limitazzjoni temporanja jew definittiva inkluża projbizzjoni fuq l-ipproċessar;

(h)

li jordna r-rettifika jew it-tħassir ta’ data personali jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar skont l-Artikoli 18, 19 u 20 u n-notifika ta’ tali azzjonijiet lir-riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata d-data personali skont l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 21;

(i)

li jimponi multa amministrattiva skont l-Artikolu 66 f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn istituzzjoni jew korp tal-Unjoni ma’ waħda mill-miżuri msemmijin fil-punti (d) sa (h) u (j) ta’ dan il-paragrafu, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali;

(j)

li jordna s-sospensjoni ta’ flussi ta’ data lejn riċevitur fi Stat Membru, f’pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.