1. Il-kontrollur għandu jieħu passi raġonevoli biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 79 u jagħmel kwalunkwe komunikazzjoni fir-rigward tal-Artikoli 80 sa 84 u 92 b’relazzjoni mal-ipproċessar lis-suġġett tad-data f’forma konċiża, komprensibbli, u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’kull mezz xieraq, inkluż b’mod elettroniku. Bħala regola ġenerali, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni fl-istess forma tat-talba.